EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02021R0953-20220630
Regulation (EU) 2021/953 of the European Parliament and of the Council of 14 June 2021 on a framework for the issuance, verification and acceptance of interoperable COVID-19 vaccination, test and recovery certificates (EU Digital COVID Certificate) to facilitate free movement during the COVID-19 pandemic (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02021R0953 — MT — 30.06.2022 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2021/953 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta' Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 211 15.6.2021, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2288 tal-21 ta’ Diċembru 2021 |
L 458 |
459 |
22.12.2021 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/256 tat-22 ta’ Frar 2022 |
L 42 |
4 |
23.2.2022 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/503 tad-29 ta’ Marzu 2022 |
L 102 |
8 |
30.3.2022 |
|
REGOLAMENT (UE) 2022/1034 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Ġunju 2022 |
L 173 |
37 |
30.6.2022 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2021/953 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta' Ġunju 2021
dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistipula qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tad-detenturi tad-dritt tagħhom għall-moviment liberu matul il-pandemija tal-COVID-19. Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxi wkoll għall-faċilitazzjoni tat-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, biex jiġi limitat it-tixrid tas-SARS-CoV-2, b'mod ikkoordinat.
Huwa jipprevedi l-bażi ġuridika għall-ipproċessar tad-data personali meħtieġa għall-ħruġ ta' tali ċertifikati u għall-ipproċessar tal-informazzjoni meħtieġa biex jiġu vverifikati u kkonfermati l-awtentiċità u l-validità ta' tali ċertifikati f'konformità sħiħa mar-Regolament (UE) 2016/679.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“detentur” tfisser persuna li jkun inħarġilha ċertifikat interoperabbli li jkun fih informazzjoni dwar it-tilqim kontra l-COVID-19, ir-riżultati tat-test jew il-fejqan tagħha skont dan ir-Regolament;
“Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE” tfisser ċertifikati interoperabbli li fihom informazzjoni dwar it-tilqim, ir-riżultat tat-test jew il-fejqan tad-detentur maħruġ fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19;
“vaċċin kontra l-COVID-19” tfisser prodott mediċinali immunoloġiku indikat għall-immunizzazzjoni attiva għall-prevenzjoni tal-COVID-19 ikkawżat mis-SARS-CoV-2;
“test NAAT” tfisser test ta' amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku molekulari, bħal tekniki ta' traskrizzjoni inversa u reazzjoni katina bil-polimerażi (RT-PCR), amplifikazzjoni isotermika medjata minn loops (LAMP) u tekniki ta' amplifikazzjoni medjata bit-traskrizzjoni (TMA), użati biex tiġi identifikata l-preżenza tal-aċidu ribonuklejku (RNA) tas-SARS-CoV-2;
“test tal-antiġeni” tfisser test ta' waħda mill-kategoriji li ġejjin li jiddependi fuq id-detezzjoni ta' proteini virali (antiġeni) biex tiġi żvelata l-preżenza tas-SARS-CoV-2:
testijiet rapidi tal-antiġeni, bħal immunoassaġġi tal-fluss laterali li jagħtu riżultati f'inqas minn 30 minuta;
analiżijiet antiġeniċi bbażati fil-laboratorju, bħal assaġġi ta' immunoassorbiment enzimatiku jew immunoassaġġi awtomatizzati għad-detezzjoni ta' antiġeni;
“test tal-antikorpi” tfisser test ibbażat fil-laboratorju bl-għan li jinstab jekk persuna tkunx żviluppat antikorpi kontra s-SARS-CoV-2, li jindika li d-detentur ikun ġie espost għas-SARS-CoV-2 u jkun żviluppa antikorpi, irrispettivament minn jekk dik il-persuna kinitx sintomatika;
“interoperabbiltà” tfisser il-kapaċità li s-sistemi ta' verifika fi Stat Membru jużaw data kodifikata minn Stat Membru ieħor;
“barcode” tfisser metodu ta' ħżin u rappreżentazzjoni tad-data f'format viżiv li jinqara mill-magni;
“siġill elettroniku” tfisser siġill elettroniku kif definit fil-punt (25) tal-Artikolu 3, tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
“identifikatur uniku taċ-ċertifikat” tfisser identifikatur uniku mogħti, f'konformità ma' struttura komuni, għal kull ċertifikat maħruġ f'konformità ma' dan ir-Regolament;
“qafas ta' fiduċja” tfisser ir-regoli, il-politiki, l-ispeċifikazzjonijiet, il-protokolli, il-formati tad-data u l-infrastruttura diġitali li jirregolaw u jippermettu l-ħruġ u l-verifika affidabbli u siguri taċ-ċertifikati biex jiżguraw l-affidabbiltà tagħhom billi jikkonfermaw l-awtentiċità, il-validità u l-integrità tagħhom, bl-użu ta' siġilli elettroniċi.
Artikolu 3
Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE
Il-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għandu jippermetti l-ħruġ, il-verifika u l-aċċettazzjoni transfruntiera ta' kwalunkwe wieħed miċ-ċertifikati li ġejjin:
ċertifikat li jikkonferma li d-detentur irċieva vaċċin kontra l-COVID-19 fl-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat (ċertifikat tat-tilqim);
ċertifikat li jikkonferma li d-detentur kien soġġett għal test NAAT jew test tal-antiġeni elenkat fil-lista komuni tal-UE ta' testijiet tal-antiġeni tal-COVID-19 miftiehma mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, imwettaq minn professjonisti tas-saħħa jew minn persunal tal-ittestjar imħarreġ fl-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat u li jindika t-tip ta' test, id-data meta sar u r-riżultat tat-test (ċertifikat tat-test);
ċertifikat li jikkonferma li, wara riżultat pożittiv ta' test NAAT, jew test tal-antiġeni elenkat fil-lista komuni tal-UE ta' testijiet tal-antiġeni tal-COVID-19 miftiehma mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, imwettaq minn professjonisti tas-saħħa jew minn persunal tal-ittestjar imħarreġ, id-detentur ikun fieq minn infezzjoni tas-SARS-CoV-2 (ċertifikat tal-fejqan).
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista komuni tal-UE tat-testijiet tal-antiġeni tal-COVID-19 miftiehma mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, inkluż kwalunkwe aġġornament.
Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi t-test li ġej:
“Dan iċ-ċertifikat mhuwiex dokument tal-ivvjaġġar. L-evidenza xjentifika dwar it-tilqim kontra l-COVID-19, l-ittestjar għaliha u l-fejqan minnha qed tkompli tevolvi, inkluż fir-rigward ta’ varjanti ġodda tal-virus ta' tħassib. Qabel tivvjaġġa, jekk jogħġbok iċċekkja l-miżuri applikabbli tas-saħħa pubblika u r-restrizzjonijiet relatati applikati fil-punt ta' destinazzjoni.”
L-Istat Membru għandu jipprovdi lid-detentur b'informazzjoni ċara, komprensiva u f'waqtha dwar il-ħruġ u l-użu taċ-ċertifikati tat-tilqim, iċ-ċertifikati tat-test, jew iċ-ċertifikati tal-fejqan għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
Qabel ma tadotta tali atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk tali pajjiż terz joħroġx ċertifikati ekwivalenti għal dawk maħruġin f'konformità ma' dan ir-Regolament u pprovdiex assigurazzjonijiet formali li jkun se jaċċetta ċertifikati maħruġin mill-Istati Membri.
L-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).
Artikolu 4
Qafas ta' fiduċja għaċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE
Artikolu 5
Ċertifikat tat-tilqim
Iċ-ċertifikat tat-tilqim għandu jkun fih il-kategoriji ta' data personali li ġejjin:
l-identità tad-detentur;
informazzjoni dwar il-vaċċin kontra l-COVID-19 u l-għadd ta' dożi amministrati lid-detentur, irrispettivament mill-Istat Membru fejn id- dożi jkunu ġew amministrati;
metadata taċ-ċertifikat, bħall-emittent taċ-ċertifikat jew identifikatur uniku taċ-ċertifikat.
Id-data personali għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tat-tilqim f'konformità mal-kampijiet tad-data speċifiċi stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12 biex temenda l-punt 1 tal-Anness billi timmodifika jew tneħħi kampijiet tad-data, jew billi żżid kampijiet tad-data li jaqgħu fil-kategoriji ta' data personali msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, meta tali emenda tkun meħtieġa biex jiġu vverifikati u kkonfermati l-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikat tat-tilqim, fil-każ ta' progress xjentifiku fit-trażżin tal-pandemija tal-COVID-19, jew biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà mal-istandards internazzjonali.
L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw ukoll, għall-istess fini, ċertifikati tat-tilqim maħruġin minn Stati Membri oħra f'konformità ma' dan ir-Regolament għal vaċċin kontra l-COVID-19 li jkun ingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont id-Direttiva 2001/83/KE, vaċċin kontra l-COVID-19 li d-distribuzzjoni tiegħu tkun ġiet awtorizzata temporanjament skont l-Artikolu 5(2) ta' dik d-Direttiva, jew vaċċin kontra l-COVID-19 li jkun lesta l-proċedura ta’ elenkar għall-użu ta' emerġenza tad-WHO.
Meta l-Istati Membri jaċċettaw ċertifikati tat-tilqim għal vaċċin tal-COVID-19 imsemmi fit-tieni subparagrafu, huma għandhom jaċċettaw ukoll, taħt l-istess kundizzjonijiet, ċertifikati tat-tilqim maħruġin minn Stati Membri oħra f’konformità ma’ dan ir-Regolament għall-istess vaċċin tal-COVID-19.
L-Istati Membri jistgħu joħorġu wkoll iċ-ċertifikati tat-tilqim lil persuni li jipparteċipaw fi prova klinika tal-vaċċin kontra l-COVID-19 li ġiet approvata mill-kumitati etiċi u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, irrispettivament minn jekk il-parteċipant jkunx rċieva il-vaċċin kontra l-COVID-19 kandidat jew id-doża amministrata lill-grupp ta' kontroll. L-informazzjoni dwar il-vaċċin kontra l-COVID-19 li trid tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tat-tilqim f'konformità mal-kampijiet tad-data speċifiċi stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness ma għandhiex iddgħajjef l-integrità tal-prova klinika.
L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw ċertifikati tat-tilqim maħruġa minn Stati Membri oħra f'konformità mar-raba’ subparagrafu sabiex ineħħu r-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu stabbiliti, b'konformità mad-dritt tal-Unjoni, biex jillimitaw it-tixrid tas-SARS-CoV-2, sakemm ma jkunx skada l-perjodu ta' aċċettazzjoni tagħhom jew ikunu ġew revokati wara l-konklużjoni tal-prova klinika, b'mod partikolari, fuq il-bażi li l-vaċċin kontra l-COVID-19 sussegwentement ma ngħatax awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew li ċ-ċertifikati tat-tilqim kienu nħarġu għal plaċebo mogħtija lill-grupp ta' kontroll bħala parti minn prova blinded.
Artikolu 6
Ċertifikat tat-test
Iċ-ċertifikat tat-test għandu jkun fih il-kategoriji ta' data personali li ġejjin:
l-identità tad-detentur;
informazzjoni dwar it-test NAAT jew it-test tal-antiġeni li kien soġġett għalih id-detentur;
metadata taċ-ċertifikat, bħall-emittent taċ-ċertifikat jew identifikatur uniku taċ-ċertifikat.
Id-data personali għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tat-test f'konformità mal-kampijiet tad-data speċifiċi stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12 biex temenda l-punt 2 tal-Anness billi timmodifika jew tneħħi kampijiet tad-data, jew billi żżid kampijiet tad-data li jaqgħu fil-kategoriji ta' data personali msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, meta tali emenda tkun meħtieġa biex jiġu vverifikati u kkonfermati l-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikat tat-test, fil-każ ta' progress xjentifiku fit-trażżin tal-pandemija tal-COVID-19, jew biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà ma' standards internazzjonali.
Artikolu 7
Ċertifikat tal-fejqan
L-Istati Membri jistgħu joħoruġ ukoll, fuq talba, iċ-ċertifikati tal-fejqan imsemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 3(1) wara riżultat pożittiv ta' test tal-antiġeni elenkat fil-lista komuni tal-UE tat-testijiet tal-antiġeni tal-COVID-19 miftiehma mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa mwettaq minn professjonisti tas-saħħa jew minn persunal tal-ittestjar imħarreġ.
L-Istati Membri jistgħu joħorġu ċertifikati tal-fejqan fuq il-bażi ta' testijiet tal-antiġeni mwettqa minn professjonisti tas-saħħa jew minn persunal tal-ittestjar imħarreġ fl-1 ta' Ottubru 2021 jew wara, dment li t-test tal-antiġeni użat kien inkluż fil-lista komuni tal-UE tat-testijiet tal-antiġeni tal-COVID-19 miftiehma mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa fid-data ta’ meta ħareġ ir-riżultat pożittiv tat-test.
Iċ-ċertifikati tal-fejqan għandhom jinħarġu mhux qabel 11-il jum wara d-data li fiha l-persuna kienet l-ewwel soġġetta għal test NAAT jew test tal-antiġeni li ta riżultat pożittiv.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12 biex temenda l-għadd ta' jiem li wara li jgħaddu għandu jinħareġ ċertifikat tal-fejqan, abbażi ta' gwida riċevuta mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa f'konformità mal-Artikolu 3(11) jew abbażi ta' evidenza xjentifika rieżaminata mill-ECDC.
Iċ-ċertifikat tal-fejqan għandu jkun fih il-kategoriji ta' data personali li ġejjin:
l-identità tad-detentur;
informazzjoni dwar l-infezzjoni preċedenti tas-SARS-CoV-2 tad-detentur wara riżultat pożittiv ta' test;
metadata taċ-ċertifikat, bħall-emittent taċ-ċertifikat jew identifikatur uniku taċ-ċertifikat.
Id-data personali għandha tiġi inkluża fiċ-ċertifikat tal-fejqan f'konformità mal-kampijiet speċifiċi tad-data stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12 biex temenda l-punt 3 tal-Anness billi timmodifika jew tneħħi kampijiet tad-data, jew billi żżid kampijiet tad-data li jaqgħu fil-kategoriji ta' data personali msemmijin fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, meta tali emenda tkun meħtieġa biex jiġu vverifikati jew ikkonfermati l-awtentiċità, il-validità u l-integrità taċ-ċertifikat tal-fejqan, fil-każ ta' progress xjentifiku fit-trażżin tal-pandemija tal-COVID-19, jew biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà ma' standards internazzjonali.
Artikolu 8
Ċertifikati tal-COVID-19 u dokumentazzjoni oħra maħruġin minn pajjiż terz
Qabel ma tadotta tali att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk iċ-ċertifikati tal-COVID-19 maħruġin mill-pajjiż terz jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.
L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed il-lista ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont dan il-paragrafu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
Artikolu 9
Speċifikazzjonijiet tekniċi
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-qafas ta' fiduċja stabbilit b'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkun fihom l-ispeċifikazzjonijiet u r-regoli tekniċi għall-fini li:
jinħarġu u jiġu vverifikati b'mod sigur iċ-ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1);
tiġi żgurata s-sigurtà tad-data personali, b'kont meħud tan-natura tad-data;
jimtlew iċ-ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1), inkluża s-sistema ta' kodifikazzjoni u kwalunkwe element rilevanti ieħor;
tiġi stabbilita l-istruttura komuni tal-identifikatur uniku taċ-ċertifikat;
tinħareġ barcode valida, sigura u interoperabbli;
isiru sforzi biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà mal-istandards internazzjonali u s-sistemi teknoloġiċi;
jiġu allokati r-responsabbiltajiet fost il-kontrolluri u fir-rigward tal-proċessuri, f'konformità mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2016/679.
tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-persuni b'diżabbiltà għall-informazzjoni li tinqara mill-bniedem li tinsab fiċ-ċertifikat diġitali u fiċ-ċertifikat stampat, f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà taħt il-liġi tal-Unjoni.
Artikolu 10
Protezzjoni ta' data personali
Artikolu 11
Restrizzjonijiet għall-moviment liberu u skambju ta’ informazzjoni
Meta Stat Membru jimponi, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, restrizzjonijiet addizzjonali fuq id-detenturi taċ-ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1) b'mod partikolari bħala riżultat ta' varjant tas-SARS-CoV-2 ta' tħassib jew interess, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan, possibbilment 48 siegħa qabel l-introduzzjoni ta' tali restrizzjonijiet ġodda. Għal dak il-għan, l-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
ir-raġunijiet għal tali restrizzjonijiet, inklużi d-data epidemjoloġika u l-evidenza xjentifika rilevanti kollha li jiġġustifikaw dawk ir-restrizzjonijiet li jkunu disponibbli u aċċessibbli f'dak l-istadju;
il-kamp ta' applikazzjoni ta' tali restrizzjonijiet, filwaqt li jispeċifika liema detenturi ta' ċertifikati huma soġġetti għal tali restrizzjonijiet jew huma eżentati minnhom;
id-data u t-tul ta' żmien ta' tali restrizzjonijiet.
Artikolu 12
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 13
Proċedura ta' urġenza
Artikolu 14
Proċedura ta' Kumitat
Artikolu 15
Perijodu ta’ introduzzjoni gradwali
Artikolu 16
Rapporti tal-Kummissjoni
Sal-31 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi ħarsa ġenerali fuq:
l-għadd ta' ċertifikati maħruġin skont dan ir-Regolament;
gwida mitluba skont l-Artikolu 3(11) dwar l-evidenza xjentifika disponibbli u l-livell ta' standardizzazzjoni rigward il-ħruġ possibbli ta' ċertifikati tal-fejqan abbażi ta' testijiet tal-antikorpi, inkluż l-ittestjar seroloġiku għall-antikorpi kontra s-SARS-CoV-2, filwaqt li jitqiesu d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta' dawn it-testijiet; u
l-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 11.
Ir-rapport għandu jinkludi, b'mod partikolari, valutazzjoni tal-impatt ta' dan ir-Regolament dwar il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu, inkluż dwar l-ivvjaġġar u t-turiżmu u l-aċċettazzjoni ta' tipi differenti ta' vaċċini, id-drittijiet fundamentali u n-nondiskriminazzjoni, kif ukoll dwar il-protezzjoni tad-data personali matul il-pandemija tal-COVID-19.
▼M4 —————
Ir-rapport għandu jinkludi, b'mod partikolari:
ħarsa ġenerali lejn l-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 11, fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu stabbiliti mill-Istati Membri biex jillimitaw it-tixrid tas-SARS-CoV-2;
ħarsa ġenerali li tiddeskrivi l-iżviluppi kollha rigward l-użi domestiċi u internazzjonali taċ-ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1) u l-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 8(2) dwar iċ-ċertifikati COVID-19 maħruġa minn pajjiżi terzi;
kwalunkwe aġġornament rilevanti rigward il-valutazzjoni, stabbilita fir-rapport ippreżentat skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, tal-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu, inkluż fuq l-ivvjaġġar u t-turiżmu u fuq l-aċċettazzjoni tat-tipi differenti ta' vaċċini, fuq id-drittijiet fundamentali u n-nondiskriminazzjoni, kif ukoll fuq il-protezzjoni tad-data personali matul il-pandemija tal-COVID-19;
valutazzjoni tal-adegwatezza tal-użu kontinwu taċ-ċertifikati msemmijin fl-Artikolu 3(1) għall-fini ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi epidemjoloġiċi u l-aħħar evidenza xjentifika disponibbli.
Meta tħejji r-rapport, il-Kummissjoni għandha titlob gwida mill-ECDC u mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa, li għandha tiġi annessa ma’ dak ir-rapport.
Ir-rapport jista' jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, b'mod partikolari biex jitqassar il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19 u kwalunkwe rakkomandazzjoni mill-ECDC u mill-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa f'dak ir-rigward.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2021 sat-30 ta' Ġunju 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
SETTIJIET TAD-DATA TAĊ-ĊERTIFIKAT
Kampijiet tad-data li jridu jiġu inklużi fiċ-ċertifikat tat-tilqim:
isem: kunjom/ijiet u isem/ismijiet, f'dik l-ordni;
data tat-twelid;
mard jew aġent fil-mira; COVID-19 (SARS-CoV-2 jew wieħed mill-varjanti tiegħu);
vaċċin kontra l-COVID-19 jew profilassi;
isem tal-prodott tal-vaċċin kontra l-COVID-19;
detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-vaċċin kontra l-COVID-19 jew manifattur tal-vaċċin
għadd f'sensiela ta' dożi kif ukoll l-għadd totali ta' dożijiet fis-serje;
id-data tat-tilqim, li turi d-data tal-aħħar doża riċevuta (ċertifikati miżmuma minn persuni li għandhom 18-il sena u aktar li jindikaw li juru t-tlestija tas-serje primarja tat-tilqim għandhom jiġu aċċettati biss jekk ma jkunux għaddew aktar minn 270 jum mid-data tal-aħħar doża f’dik is-serje);
Stat Membru jew pajjiż terz li fih ġie mogħti l-vaċċin;
emittent taċ-ċertifikat;
identifikatur uniku taċ-ċertifikat.
Kampijiet tad-data li għandhom jiġu inklużi fiċ-ċertifikat tat-test:
isem: kunjom/ijiet u isem/ismijiet, f'dik l-ordni;
data tat-twelid;
mard jew aġent fil-mira; COVID-19 (SARS-CoV-2 jew wieħed mill-varjanti tiegħu);
it-tip ta' test;
isem tat-test (fakultattiv għat-test NAAT);
il-manifattur tat-test (fakultattiv għat-test NAAT);
data u ħin tal-ġbir tal-kampjun għat-test;
riżultat tat-test;
ċentru jew faċilità tal-ittestjar (fakultattiv għat-test tal-antiġeni);
Stat Membru jew pajjiż terz li fih sar it-test;
emittent taċ-ċertifikat;
identifikatur uniku taċ-ċertifikat.
Kampijiet tad-data li għandhom jiġu inklużi fiċ-ċertifikat tal-fejqan:
isem: kunjom(ijiet) u isem/ismijiet, f’dik l-ordni;
id-data tat-twelid;
il-marda jew l-aġent li minnha/minnu jkun rikoverat id-detentur: COVID-19 (SARS-CoV-2 jew wieħed mill-varjanti tiegħu);
id-data tal-ewwel riżultat pożittiv tat-test;
Stat Membru jew pajjiż terz li fih sar it-test;
emittent taċ-ċertifikat;
ċertifikat validu minn;
ċertifikat validu sa (mhux aktar minn 180 jum wara d-data tal-ewwel riżultat pożittiv tat-test);
identifikatur uniku taċ-ċertifikat.
( 1 ) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/107 tal-25 ta' Jannar 2022 dwar approċċ ikkoordinat biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu sikur matul il-pandemija tal-COVID-19 u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni (UE) 2020/1475 (ĠU L 18, 27.1.2022, p. 110).