Il-politika tal-UE tħares l-ambjent u tfittex li timminimizza r-riskji għall-klima, għas-saħħa tal-bniedem u għall-bijodiversità. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew għandu l-għan li jagħmel l-Ewropa l-ewwel kontinent newtrali fejn jidħlu l-emissjonijiet tal-karbonju, parzjalment bl-iżvilupp ta’ sorsi nodfa ta’ enerġija u teknoloġiji ħodor.