Mur għall-kontenut ewlieni

2020: l-azzjoni tal-UE kontra l-coronavirus

Il-Kummissjoni Ewropea ilha minn mindu faqqgħet il-pandemija tal-coronavirus taħdem fuq il-fronti kollha biex trażżan it-tixrid tal-virus. Ittieħdu miżuri bla preċedent kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE biex jiġu appoġġjati s-sistemi tas-saħħa u jiġi miġġieled l-impatt soċjoekonomiku tal-pandemija.

L-iżgurar ta’ vaċċini sikuri u effettivi għall-Ewropa u għad-dinja

vaccination

L-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta’ vaċċin effettiv u sikur kontra l-coronavirus jirrappreżentaw soluzzjoni dejjiema għall-pandemija u huma l-pedament tar-rispons tal-coronavirus tal-Kummissjoni.

Fuq xiex ħadmet il-Kummissjoni (minn Frar 2021)

implimentat Strateġija Ewropea dwar il-Vaċċini biex tħaffef l-iżvilupp, il-manifattura u l-iskjerament ta’ vaċċini kontra l-COVID-19

awtorizzat 6 kuntratti, għal 2.3 biljun doża ta’ vaċċini futuri, u tinsab f’taħditiet ma’ 2 żviluppaturi potenzjali għal 260 miljun doża addizzjonali

tat 3 awtorizzazzjonijiet kondizzjonali għat-tqegħid fis-suq, lill-BioNtech u Pfizer, lill-Moderna u lill-AstraZeneca

27 ta' Diċembru 2020

It-tilqim kontra l-COVID-19 beda mal-UE kollha f’mument ta’ għaqda

Azzjonijiet ewlenin oħra meħudin:

  • Il-Kummissjoni mmobilizzat aktar minn €660 miljun minn Jannar 2020 taħt il-programm ta’ riċerka u innovazzjoni Orizzont 2020 għall-iżvilupp ta’ vaċċini, trattamenti ġodda, testijiet dijanjostiċi u sistemi mediċi għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-coronavirus u biex jiġu salvati l-ħajjiet.
  • Il-maratona tal-wegħdiet ta’ donazzjonijiet tar-Rispons Globali għall-Coronavirus ġabret fondi għall-aċċess universali għat-trattamenti, għat-testijiet u għall-vaċċini tal-coronavirus. Bdiet f’Mejju u laħqet il-quċċata tagħha f’Summit Globali b’Appell għal Wegħdiet ta’ Donazzjonijiet u kunċert f’Ġunju 2020. Inġabru €16-il biljun f’wegħdiet ta’ donazzjonijiet minn donaturi mid-dinja kollha.
  • Flimkien mal-Istati Membri tal-UE, sa Frar 2021, it-Tim Ewropa alloka aktar minn €850 miljun għall-COVAX, li jagħmel lill-Unjoni Ewropea l-akbar donatur tal-COVAX. Dan se jippermetti aċċess ġust u ekwu għall-vaċċini, irrispettivament mill-introjtu, għal miljuni ta’ nies fl-Afrika, l-Asja, il-Karibew, il-Paċifiku, u fil-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Ewropa. 

L-appoġġ għall-ekonomija tal-Ewropa fit-triq lejn l-irkupru

workers at a machine

Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet pjan ta’ rkupru kbir għall-Ewropa li se

  • jgħin fit-tiswija tal-ħsara ekonomika u soċjali kkawżata mill-pandemija
  • jagħti spinta lill-irkupru Ewropew
  • jipproteġi u joħloq l-impjiegi

Il-pakkett ta’ rkupru ta’ €1.8 triljun jgħaqqad il-baġit tal-UE għall-2021-27 u n-NextGenerationEU.

 

Miżuri adottati mill-Kummissjoni (mill-2020)

il-mobilizzazzjoni tal-baġit tal-UE u tal-Bank Ewropew tal-Investiment biex jiġu salvati l-impjiegi u biex jingħata appoġġ lill-kumpaniji milqutin mill-kriżi

it-tnedija ta’ SURE, li jista’ jipprovdi sa €100 biljun f’self lill-Istati Membri għall-preservazzjoni tal-impjiegi

regoli temporanji dwar l-għajnuna mill-Istat biex b’hekk il-gvernijiet ikunu jistgħu jipprovdu likwidità lill-ekonomija biex jappoġġjaw liċ-ċittadini, u jsalvaw l-impjiegi fl-UE

1440 miżura

ġew adottati, inklużi 650 deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat

Azzjonijiet ewlenin oħra li ħadet il-Kummissjoni fl-2020:

  • attivat il-“klawżola liberatorja” li tippermetti flessibbiltà massima fir-regoli baġitarji tagħna
  • wettqet screening tal-investiment dirett barrani. Il-Kummissjoni ħarġet linji gwida biex tgħin lill-Istati Membri jipproteġu l-assi u t-teknoloġija kritiċi Ewropej fil-kriżi attwali
  • ressqet Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus biex tipprovdi lill-Istati Membri b’likwidità immedjata
  • allokat aktar minn €10 biljun għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, biex tgħinhom jibqgħu attivi matul il-pandemija, u €3 biljun għall-ħaddiema u l-gruppi vulnerabbli

Il-protezzjoni tas-saħħa pubblika

lady at a pc

Fil-11 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni stabbiliet il-pedamenti ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa, li fiha l-pajjiżi kollha tal-UE jħejju għall-kriżijiet tas-saħħa u jirrispondu għalihom flimkien. Din għandha tiżgura li l-provvisti mediċi jkunu affordabbli u disponibbli, u l-pajjiżi jaħdmu flimkien biex itejbu l-prevenzjoni u t-trattament tal-mard. 
 

Miżuri li ttieħdu matul il-pandemija

għenu lill-Istati Membri biex jingħaqdu flimkien ħalli jimmassimizzaw il-kapaċità tal-akkwist u jiżguraw il-provvisti mediċi meħtieġa, malajr kemm jista’ jkun

investew f’riċerka ta’ kwalità għolja, li laqqgħet flimkien ix-xjenzjati ewlenin tal-Ewropa

stabbilew panel ta’ 7 epidemjologi u virologi indipendenti biex jiggwida lill-Istati Membri dwar miżuri ta’ rispons

Il-Kummissjoni ħarġet ukoll:

  • rakkomandazzjonijiet dwar miżuri komunitarji, bħat-tbegħid fiżiku
  • linji gwida għall-ottimizzazzjoni tal-provvista u d-disponibbiltà tal-mediċini
  • linji gwida dwar il-metodoloġiji tal-ittestjar, biex jappoġġjaw l-użu effiċjenti tal-kits tal-ittestjar mill-Istati Membri

Il-protezzjoni tal-mobbiltà taċ-ċittadini tal-UE

girls in a train station

Matul il-pandemija kellhom jiġu introdotti mill-ġdid xi kontrolli fil-fruntieri interni. Il-Kummissjoni ħadmet mal-Istati Membri biex

  • tillimita l-impatt fuq is-suq intern
  • tipproteġi s-saħħa taċ-ċittadini
  • tiżgura t-trattament ġust tal-persuni li l-ivvjaġġar tagħhom huwa meħtieġ
  • tiżgura li l-oġġetti essenzjali jibqgħu jiċċaqalqu fl-UE

X’kisbet il-Kummissjoni

ġabet lura d-dar aktar minn 90,000 Ewropew li nqabdu mad-dinja kollha, bis-saħħa tal-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni ċivili

ħarġet linji gwida dwar “korsiji ħodor” lill-Istati Membri biex jiġi żgurat il-fluss rapidu u mingħajr interruzzjoni ta’ oġġetti fl-UE kollha

nediet “Re-open EU”, pjattaforma web b’informazzjoni essenzjali dwar il-miżuri tas-saħħa u tal-ivvjaġġar fl-UE kollha

Azzjonijiet oħra jinkludu:

  • l-istabbiliment ta’ qafas komuni li jipprovdi kriterji għar-restawr sikur u gradwali tal-attivitajiet turistiċi
  • il-qbil mill-Istati Membri dwar linji gwida biex jiżguraw l-interoperabbiltà transfruntiera bejn l-apps għat-traċċar sabiex liċ-ċittadini tkun tista’ tintbagħtilhom twissija dwar infezzjoni potenzjali anke meta jivvjaġġaw fl-UE
  • il-proposta ta’ aktar ċarezza u prevedibbiltà ta’ kwalunkwe miżura li tirrestrinġi l-moviment liberu