Dettalji Data tal-pubblikazzjoni10 Mejju 2017 Deskrizzjoni Id-Dokument ta' Riflessjoni ta' llum jiftaħ dibattitu vitali dwar l-aħjar mod kif l-UE tista' timmaniġġa l-globalizzazzjoni u tirrispondi għall-opportunitajiet u l-isfidi tagħha bl-aħjar mod: Fuq il-front estern, id-dokument jiffoka fuq il-ħtieġa li nsawru ordni globali tassew sostenibbli, ibbażat fuq regoli kondiviżi u aġenda komuni. L-UE minn dejjem appoġġat sett ta' regoli globali “multilaterali” b'saħħithom u effettivi u għandha tkompli tiżviluppah b'mod li tindirizza sfidi ġodda u tiżgura li jkun hemm infurzar effikaċi. Pereżempju, l-UE tista' tinsisti għal regoli ġodda biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi billi tindirizza mġiba ta' ħsara u żleali bħalma huma l-evażjoni tat-taxxa, is-sussidji tal-gvern jew id-dumping soċjali. Strumenti effettivi għad-difiża tal-kummerċ u qorti multilaterali tal-investiment jistgħu wkoll jgħinu biex l-UE taġixxi b'mod deċiżiv kontra pajjiżi jew kumpaniji li jwettqu prattiki inġusti. Fuq il-front domestiku, id-dokument jissuġġerixxi għodod li jipproteġu u jagħtu s-setgħa liċ-ċittadini permezz ta' politiki soċjali robusti u jipprovdu l-edukazzjoni u l-appoġġ għat-taħriġ neċessarji matul ħajjithom. Politiki tat-taxxa progressivi, investiment fl-innovazzjoni u politiki sodi tal-ħarsien soċjali jistgħu jgħinu biex il-ġid jiġi ridistribwit b'mod aktar ġust. Sadanittant, l-użu tal-fondi strutturali tal-UE biex jiġu megħjuna reġjuni vulnerabbli u l-Fond ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni tal-UE sabiex jgħin lill-ħaddiema li tilfu xogħlhom biex isibu xogħol ieħor jistgħu jtaffu l-impatti negattivi. Files 10 MEJJU 2017Dokument ta’ riflessjoni dwar l-isfruttar tal-globalizzazzjoniLingwi oħrajn (22)български(4.65 MB - PDF)Iddawnlowdjaespañol(2.48 MB - PDF)Iddawnlowdjačeština(4.15 MB - PDF)Iddawnlowdjadansk(4.49 MB - PDF)IddawnlowdjaDeutsch(2.5 MB - PDF)Iddawnlowdjaeesti(4.6 MB - PDF)Iddawnlowdjaελληνικά(2.46 MB - PDF)IddawnlowdjaEnglish(2.49 MB - PDF)Iddawnlowdjafrançais(2.54 MB - PDF)Iddawnlowdjahrvatski(4.59 MB - PDF)Iddawnlowdjaitaliano(2.46 MB - PDF)Iddawnlowdjalatviešu(4.67 MB - PDF)Iddawnlowdjalietuvių(4.61 MB - PDF)Iddawnlowdjamagyar(4.66 MB - PDF)IddawnlowdjaNederlands(2.45 MB - PDF)Iddawnlowdjapolski(4.67 MB - PDF)Iddawnlowdjaportuguês(4.68 MB - PDF)Iddawnlowdjaromână(4.66 MB - PDF)Iddawnlowdjaslovenčina(4.67 MB - PDF)Iddawnlowdjaslovenščina(4.64 MB - PDF)Iddawnlowdjasuomi(4.67 MB - PDF)Iddawnlowdjasvenska(4.68 MB - PDF)Iddawnlowdja 10 MEJJU 2017European Globalisation Adjustment Fund: ten years of European solidarity Links relatati White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u t-triq 'il quddiem