Il-Kodiċi ta' Mġiba Amministrattiva Tajba
Il-Kummissjoni Ewropea hija ddedikata għall-valuri tas-servizz, l-indipendenza, ir-responsabbiltà, l-akkontabilità, l-effiċjenza, u t-trasparenza. Dawn il-valuri huma riflessi fil-Kodiċi ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba, adottat mill-Kummissjoni fl-4 ta’ Diċembru 2024.
Il-Kodiċi jinforma lill-pubbliku dwar l-istandards ta’ mġiba li għandu jistenna meta jittratta mal-Kummissjoni.
Jistabbilixxi l-prinċipji li jiggwidaw l-imġiba amministrattiva tas-servizzi tal-Kummissjoni:
- Il-legalità
- In-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali
- Il-proporzjonalità (il-miżuri li jittieħdu għandhom ikunu proporzjonati mal-għan li jrid jintlaħaq)
- Il-konsistenza.
Aqra l-Kodiċi ta' Mġiba Amministrattiva Tajba
Il-proċedura dwar l-ilmenti
Jekk temmen li l-Kummissjoni kisret il-Kodiċi ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba tagħha f’kif ġabet ruħha mal-pubbliku, tista’ tippreżenta lment. Il-Kummissjoni Ewropea se teżamina l-ilment u twieġbek.
Kif tressaq ilment
Tista’ tressaq ilment bil-posta jew billi timla din il-formola online.
Il-formola tal-ilmenti tista’ tintbagħat elettronikament jew fuq il-karta. Jekk tippreferi tibgħat verżjoni fuq il-karta, jekk jogħġbok ipprintja l-formola fil-format RTF u ibgħatha lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, li jgħaddiha lid-dipartiment rilevanti tal-Kummissjoni:
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea
Unità A.3 — Trasparenza u Etika.
B-1049 Bruxelles / Brussell
Belgique//Il-Belġju
Min se jittratta l-ilment tiegħek
Id-Direttorat Ġenerali jew id-Dipartiment rilevanti se janalizza s-sustanza tal-ilment tiegħek u jwieġbek bil-miktub fi żmien xahrejn.
Jekk ma tkunx sodisfatt bit-tweġiba, għandek xahar biex titlob lis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni biex jirrevedi l-eżitu tal-ilment tiegħek, mid-data li tkun irċevejt it-tweġiba mingħand il-Kummissjoni għall-ilment inizjali tiegħek. Is-Segretarju Ġenerali jwieġeb għat-talba tiegħek għal rieżami fi żmien xahar.
Modi oħrajn biex tressaq ilment
Tista’ wkoll tressaq ilment direttament mal-Ombudsman Ewropew. Tista’ ssib informazzjoni prattika dwar kif tagħmel dan fis-sit web tal-Ombudsman Ewropew