Assistenza fuq il-post u online
Fl-ewwel semestru tas-sena akkademika 2026-2027, l-Assistenza Pedagoġika (AP) se tiġi pprovduta fuq il-post u/jew online. Jekk jogħġbok ara l-menù tat-taħriġ il-ġdid b’aktar spjegazzjonijiet u formola tal-applikazzjoni ġdida.
L-iskadenza biex jintbagħtu l-applikazzjonijiet hija s-6 ta’ Mejju 2026.
- 9 APRIL 2026
- 9 APRIL 2026
L-Akkademja ta’ min iħarreġ
Min iħarreġ lill-interpreti fl-universitajiet mill-pajjiżi tal-UE, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi mhux tal-UE jistgħu jattendu seminars fi Brussell li jingħataw minn interpreti b’esperjenza mid-DĠ Interpretazzjoni u minn kelliema mistednin. Huma koperti suġġetti bħat-tagħlim tal-interpretazzjoni, it-tfassil u l-għoti tal-korsijiet, it-tfassil tal-profili u l-eżaminar tal-kandidati.
Ġeneralment is-seminars isiru bl-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Ispanjol. Mill-2001 ’l hawn, għal dawn is-seminars ipparteċipaw 550 trainer minn aktar minn 40 pajjiż.
Il-parteċipazzjoni hi miftuħa għat-trainers minn skejjel u universitajiet li jikkooperaw mad-DĠ Interpretazzjoni, u tingħata prijorità lil dawk il-lingwi u skejjel li ma jkunux irċevew assistenza pedagoġika fi żminijiet reċenti.
Iż-żjarat ta’ studju fl-istituzzjonijiet tal-UE
Kif tapplika għal żjara ta’ studju fl-istituzzjonijiet tal-UE