Flimkien, l-UE u l-Indja jirrappreżentaw madwar kwart tal-popolazzjoni dinjija, b’żewġ biljun ruħ, u madwar 25% tal-prodott domestiku gross (PDG) tad-dinja. Il-ftehim kummerċjali bejn l-UE u l-Indja huwa l-akbar ftehim kummerċjali li qatt ikkonkludew kemm l-UE kif ukoll l-Indja, u se jagħti lill-kumpaniji Ewropej vantaġġ kompetittiv sinifikanti f’setturi industrijali u agroalimentari ewlenin. Se jsaħħaħ il-kummerċ, l-investiment, u r-rabtiet politiċi bejn l-akbar żewġ demokraziji fid-dinja. Il-ftehim
- se jġarraf il-ħitan li jimblukkaw il-kummerċ u jissimplifika l-proċeduri
- se jiftaħ opportunitajiet ġodda ta’ esportazzjoni
- se jsaħħaħ is-sigurtà ekonomika tal-UE billi jiddiversifika l-provvista

Opportunitajiet għall-esportaturi tal-UE
Il-ftehim se jagħti lill-kumpaniji tal-UE aċċess privileġġat għall-aktar pajjiż popolat (kważi 1.5 biljun ruħ) u r-raba’ l-akbar ekonomija fid-dinja.
B’6,000 kumpanija Ewropea joperaw fl-Indja, il-ftehim se jagħti spinta lill-kompetittività u joħloq opportunitajiet ġodda f’diversi setturi.
Il-benefiċċji ewlenin għall-esportaturi tal-UE huma
Benefiċċji għall-bdiewa tal-UE
Il-ftehim se jipproteġi wkoll lis-setturi sensittivi tal-Ewropa. l-UE
- se żżomm it-tariffi attwali tagħha fuq prodotti sensittivi bħaċ-ċanga, iz-zokkor, ir-ross, il-laħam tat-tiġieġ, it-trab tal-ħalib, l-għasel, il-banana, il-qamħ artab, it-tewm, u l-etanol
- se tippermetti importazzjonijiet limitati ta’ prodotti bħal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż, il-qamħirrum ħelu, l-għeneb, il-ħjar, il-basal imnixxef, ir-rum magħmul mill-melassa, u l-lamti
Mekkaniżmu ta’ salvagwardja bilaterali se jippermetti li tittieħed azzjoni jekk l-importazzjonijiet jikkawżaw xi diffikultà.
Regoli stretti dwar is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel
L-Ewropej igawdu minn ikel sikur u tajjeb għal saħħithom b’riżultat tal-ogħla standards tas-saħħa u tal-ikel fid-dinja, u dan il-ftehim il-ġdid se jissalvagwardjahom. Biex jiġi żgurat li dawn l-istandards jinżammu
Mistoqsijiet frekwenti
Għaliex l-UE nnegozjat Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles mal-Indja?
L-Indja hija r-raba’ l-akbar ekonomija fid-dinja u għandha l-akbar popolazzjoni fid-dinja, iżda l-esportazzjonijiet tal-UE lejn l-Indja għadhom relattivament baxxi, meta mqabblin mal-esportazzjonijiet tagħna lejn bnadi oħrajn. Dan huwa parzjalment dovut għat-tariffi għoljin ħafna li l-Indja timponi fuq il-prodotti impurtati. Il-ftehim se jnaqqas it-tariffi u l-piżijiet amministrattivi, u b’hekk il-kummerċ isir aktar faċli, orħos, u aktar rapidu. Minn dan se jgawdu wkoll il-konsumaturi.
Il-ftehim kif se jaffettwa l-esportazzjonijiet tal-UE?
Il-ftehim huwa mistenni jirdoppja l-esportazzjonijiet tal-UE lejn l-Indja, li diġà jsostnu 800,000 impjieg Ewropew. Il-ftehim kummerċjali se joħloq opportunitajiet ġodda ta’ negozju li, min-naħa tagħhom, se jiffavorixxu l-ħolqien tal-impjiegi.
Il-ftehim kif se jappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika?
L-UE u l-Indja jimpenjaw ruħhom li jaħdmu flimkien fuq l-azzjoni klimatika u fuq l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali. Se jaħdmu favur l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali bħall-Ftehim ta’ Pariġi, il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, u l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet fil-Periklu.
X’inhuma l-passi li jmiss?
1. Il-pubblikazzjoni tal-abbozzi tat-testi nnegozjati
2. Ir-reviżjoni legali u l-qlib għal-lingwi uffiċjali kollha tal-UE
3. Il-proposta tal-ftehim lill-Kunsill tal-UE għall-iffirmar u għall-konklużjoni
4. L-adozzjoni mill-Kunsill
5. L-iffirmar tal-ftehim bejn l-UE u l-Indja
6. Il-qbil tal-Parlament Ewropew mal-ftehim
7. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim
Ladarba l-Indja wkoll tirratifika l-ftehim, ikun jista’ jidħol fis-seħħ.
Il-kuntest
L-UE u l-Indja bdew jinnegozjaw ftehim ta’ kummerċ ħieles fl-2007. It-taħditiet ġew sospiżi fl-2013 u tnedew mill-ġdid fl-2022. In-negozjati ġew konklużi b’suċċess f’Jannar 2026.
Flimkien mal-ftehim ta’ kummerċ ħieles, l-UE u l-Indja qed jinnegozjaw ukoll ftehimiet dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi u dwar il-protezzjoni tal-investiment.