Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Nistabbilixxu t-trobbija sostenibbli tal-bhejjem fuq bażi soda

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 7 Lulju 2026
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 3 min qari
Dairy farm

 

It-trobbija tal-bhejjem timpjega madwar seba’ miljun persuna madwar l-UE, ħafna drabi f’żoni bi ftit opportunitajiet ekonomiċi oħra. Is-settur jiġġenera €400 biljun f’fatturat annwali. Iżda huwa settur taħt pressjoni, li qed jiffaċċja profittabbiltà baxxa u kostijiet li qed jiżdiedu, kundizzjonijiet tas-suq li qed jinbidlu, u tifqigħat ta’ mard tal-annimali. Il-Kummissjoni Ewropea introduċiet strateġija ġdida għas-settur tal-bhejjem biex tiżgura li l-bdiewa jkunu jistgħu jindirizzaw dawn l-isfidi b’mod sostenibbli fit-tul. 

L-istrateġija tgħin lill-bdiewa jiddependu inqas fuq l-importazzjonijiet u aktar fuq ir-riżorsi domestiċi, inaqqsu l-emissjonijiet, jippreservaw is-sikurezza tal-ikel u jtejbu l-benesseri xieraq tal-annimali. L-istrateġija tistabbilixxi ħames prijoritajiet biex jinkiseb dan: 

  • It-tħejjija għall-kriżijiet. Innaqqsu l-esponiment għar-riskju permezz ta’ għodod ġodda għall-ġestjoni tar-riskju u nagħtu s-saħħa lill-bdiewa jqumu fuq saqajhom aktar malajr wara kriżi. Nappoġġaw lill-pajjiżi tal-UE fil-ġestjoni tal-impatt tal-mard tal-annimali biex jissaħħu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni bikrija u l-azzjoni bikrija.  
  • Il-kompetittività fl-UE u globalment. Nagħtu spinta lill-profittabbiltà u l-adozzjoni tal-innovazzjoni, filwaqt li nsaħħu l-kompetittività u s-sostenibbiltà. Nesploraw kif l-aċċess għall-finanzjament jista’ jiffaċilita t-tranżizzjoni lejn sistemi ħielsa mill-gaġeġ u nappoġġaw il-proċeduri għall-għoti ta’ permessi, iċ-ċirkolarità, il-bijoekonomija, u l-valorizzazzjoni tal-bijomassa. Niżguraw dħul ġust għall-bdiewa. 
  • Sostenibbiltà. Nintroduċu miżuri biex intejbu il-benesseri tal-annimali permezz ta’ reviżjonijiet immirati għat-tiġieġ tal-bajd, għat-tiġieġ żgħar u għall-ħnieżer, akkumpanjati minn perjodi ta’ tranżizzjoni adegwati u appoġġ finanzjarju. Niżviluppaw metodi armonizzati għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-bhejjem fil-livell tal-azjendi agrikoli, il-prattiki ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, u l-ġestjoni tan-nutrijenti.  
  • Adattament għall-azjendi agrikoli u r-reġjuni kollha. Naħdmu mal-pajjiżi tal-UE fuq pjan biex il-produzzjoni sostenibbli tal-bhejjem tinġieb lura f’reġjuni vulnerabbli. Niżviluppaw pjan direzzjonali għal biċċeriji b’kapaċità baxxa u/jew mobbli biex jitnaqqas it-trasport tal-annimali u jiġu riġenerati l-ekonomiji lokali.    
  • Eċċellenza. Nagħmlu l-eċċellenza tal-UE fil-produzzjoni tal-bhejjem aktar viżibbli u sodisfaċenti permezz ta’ tikkettar imsaħħaħ tal-oriġini tal-UE u rikonoxximent tal-kwalità.  

L-istrateġija għall-bhejjem toħroġ ukoll bi pjan ta’ azzjoni dwar il-proteini li għandu l-għan li jżid il-provvista u l-użu tal-proteini mkabbra fl-UE. Fl-2025, 25 % biss taż-żrieragħ żejtnin u tal-għelejjel li fihom il-proteini użati għall-għalf tal-annimali fl-UE ġew prodotti fl-UE. Il-pjan għandu l-għan li jżid is-sehem għal 35 % sal-2035.  

Għal aktar tagħrif 

Mistoqsijiet u tweġibiet 

Skeda informattiva 

Is-saħħa tal-Annimali — Is-Sikurezza tal-Ikel — Il-Kummissjoni Ewropea 

Il-benesseri tal-annimali — Is-Sikurezza tal-Ikel — Il-Kummissjoni Ewropea 

Strateġija tal-UE dwar il-Bhejjem — Agrikoltura u żvilupp rurali 

Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tistabbilixxi d-direzzjoni għal settur tal-bhejjem prosperu u sistema ta’ proteini awtosuffiċjenti 

 

Data tal-pubblikazzjoni
7 Lulju 2026
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni