The second annual Strategic Foresight Report, ‘The EU’s capacity and freedom to act’, presents a forward-looking and multidisciplinary perspective on important trends affecting the EU’s capacity and freedom to act in the coming decades, including: climate change and other environmental challenges, digital hyperconnectivity and technological transformations, pressure on democracy and values, as well as shifts in the global order and demography. It addresses emerging issues, uncertainties and choices that will shape the future of Europe and the world, and sheds light on possible policy responses for the EU’s open strategic autonomy. The 2021 Strategic Foresight Report has also identified 10 strategic areas where the EU can strengthen its capacity and freedom to act.The Communication builds on the Joint Research Centre (JRC)’s ‘science for policy report ‘Shaping & securing the EU’s Open Strategic Autonomy by 2040 and beyond’. Page contents Page contents Il-megatendenzi globali ewlenin li se jkollhom impatt fuq l-UE fil-futur Ir-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika 2021 jiffoka fuq il-megatendenzi globali ewlenin li se jkomplu jaffettwaw lill-UE fid-deċennji li ġejjin: mit-tibdil fil-klima, l-aċċellerazzjoni teknoloġika u d-diġitalizzazzjoni, sal-bidliet ekonomiċi, ġeopolitiċi u demografiċi kbar. It-tibdil fil-klima u sfidi ambjentali oħra: It-tisħin globali probabbilment se jaqbeż il-1.5℃ fl-20 sena li ġejjin u se jersaq lejn iż-2℃ sa nofs is-seklu, u b’hekk se jaggrava l-pressjoni fuq l-ilma u s-sikurezza tal-ikel madwar id-dinja. Sal-2050, 200 miljun persuna se jkunu jeħtieġu assistenza, umanitarja parzjalment minħabba l-effetti ekoloġiċi. L-iperkonnettività diġitali u t-trasformazzjonijiet teknoloġiċi: L-għadd ta’ apparati konnessi globalment jista’ jiżdied minn 30.4 biljun fl-2020 għal 200 biljun fl-2030. Aktar konnettività tal-oġġetti, tal-postijiet u tan-nies se tirriżulta fi prodotti, servizzi, mudelli ta’ negozju, u xejriet tal-ħajja u tax-xogħol ġodda. L-ambizzjoni ta’ tmexxija globali tal-Ewropa fit-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali tista’ tippożizzjonaha b’mod qawwi f’suq emerġenti li jħalli l-qligħ u toħloq tipi ġodda ta’ xogħol, pereżempju impjiegi ekoloġiċi, kemm f’setturi stabbiliti kif ukoll f’dawk emerġenti. Il-pressjoni fuq id-demokrazija u l-valuri: Mill-2020 ’l hawn, 34% tal-popolazzjoni tad-dinja kienet qed tgħix f’pajjiżi fejn il-governanza demokratika kienet qed tonqos u 4% biss f’pajjiżi li kienu qed isiru aktar demokratiċi. Il-miżinformazzjoni mifruxa fuq skala kbira, immexxija minn għodod ġodda u pjattaformi online, se toħloq sfidi dejjem akbar għas-sistemi demokratiċi u se tixpruna tip ġdid ta’ gwerra tal-informazzjoni. Il-bidliet fl-ordni globali u d-demografija Id-dinja qed issir dejjem aktar multipolari. Iċ-Ċina hija mistennija li ssir l-akbar ekonomija qabel tmiem dan id-deċennju, bl-Indja possibbilment taqbeż lill-UE fl-20 sena li ġejjin. Il-popolazzjoni tad-dinja hija mistennija li tilħaq 8.5 biljun fl-2030 u 9.7 biljun fl-2050, filwaqt li dik tal-UE hija mistennija li tonqos b’5%, għal ftit aktar minn 420 miljun sal-2050. Dawn il-bidliet kollha se jaffettwaw il-libertà u l-kapaċità tal-UE li taġixxi u jeħtieġu azzjoni ta’ politika effiċjenti u koerenti. 10 oqsma strateġiċi biex tissaħħaħ it-tmexxija globali tal-UE Ir-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika 2021 għandu l-għan li jwitti t-triq għal politiki u impenji mfassla tajjeb u li jifilħu għall-futur, biex l-UE titqiegħed fl-aħjar pożizzjoni biex tilħaq l-objettivi ta’ politika fit-tul tagħha u taqdi rwol strateġiku f’ordni globali multipolari u kkontestat. Huwa jissottolinea l-importanza ta’ politiki interni u esterni konġunti u jappella għal approċċ komprensiv. L-UE se tkompli tuża s-sħubijiet internazzjonali mill-qrib biex tippromwovi l-paċi, l-istabbiltà u l-prosperità, tippreżenta front magħqud kontra atturi ostili u sfidi komuni, u tappoġġja l-wegħda tal-progress. Se ssaħħaħ ir-relazzjonijiet ta’ benefiċċju reċiproku mal-ġirien tagħha u ma’ sħab aktar imbiegħda. Se tkun minn ta’ quddiem fil-kooperazzjoni multilaterali, filwaqt li tipproteġi liċ-ċittadini tal-UE u lill-ekonomija minn prattiki inġusti u abbużivi. Il-proċess ta’ prospettiva identifika l-10 oqsma strateġiċi sabiex jiġu żgurati l-libertà u l-kapaċità tal-UE li taġixxi fid-deċennji li ġejjin: Tiżgura sistemi tas-saħħa u tal-ikel sostenibbli u reżiljenti Tiżgura enerġija dekarbonizzata u affordabbli Issaħħaħ il-kapaċità fil-ġestjoni tad-data, fl-intelliġenza artifiċjali u fit-teknoloġiji avvanzati Tiżgura u tiddiversifika l-provvista ta’ materja prima kritika Tiżgura li nkunu innovaturi globali fl-iffissar tal-istandards Tibni sistemi ekonomiċi u finanzjarji reżiljenti u li jifilħu għall-futur Tiżviluppa u tħares ħiliet u talenti li jimxu id f’id mal-ambizzjonijiet tal-UE Issaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ sigurtà u ta’ difiża u l-aċċess għall-ispazju Taħdem ma’ sħab globali għall-promozzjoni tal-paċi, tas-sigurtà u tal-prosperità għal kulħadd Issaħħaħ ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet Documents 8 SETTEMBRU 2021Strategic Foresight Report - 2021 8 SETTEMBRU 2021Strategic Foresight Report – 2021 - reader friendly version Links relatati Mistoqsijiet u tweġibiet dwar ir-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika 2021Website on Strategic ForesightSit web tar-rapport tal-JRC dwar ix-Xjenza għall-Politika
The second annual Strategic Foresight Report, ‘The EU’s capacity and freedom to act’, presents a forward-looking and multidisciplinary perspective on important trends affecting the EU’s capacity and freedom to act in the coming decades, including: climate change and other environmental challenges, digital hyperconnectivity and technological transformations, pressure on democracy and values, as well as shifts in the global order and demography. It addresses emerging issues, uncertainties and choices that will shape the future of Europe and the world, and sheds light on possible policy responses for the EU’s open strategic autonomy. The 2021 Strategic Foresight Report has also identified 10 strategic areas where the EU can strengthen its capacity and freedom to act.The Communication builds on the Joint Research Centre (JRC)’s ‘science for policy report ‘Shaping & securing the EU’s Open Strategic Autonomy by 2040 and beyond’.