Mur għall-kontenut ewlieni

Affarijiet barranin u politika tas-sigurtà

L-Unjoni Ewropea hi involuta profondament fiż-żamma tal-paċi, id-diplomazija, il-kummerċ u l-għajnuna għall-iżvilupp fid-dinja kollha. U permezz tal-politika Ewropea tal-viċinat, hi tippromwovi l-kooperazzjoni mal-pajjiżi qrib il-fruntieri tagħha.

L-UE tappoġġja l-isforzi tan-NU għal ftehim ġdid dwar il-klima u tagħti finanzjament sostanzjali lil pajjiżi li qed jiżviluppaw li qed jaffaċċjaw l-effetti tat-tibdil fil-klima.

Il-kooperazzjoni internazzjonali tistabbilixxi l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala wieħed mill-oqsma ta’ prijorità għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tan-nisa u t-tfal fid-dinja kollha.

Id-drittijiet tal-bniedem huma protetti minn djalogu politiku mal-pajjiżi, l-għajnuna, il-politika tal-iżvilupp u l-parteċipazzjoni f’fora multilaterali bħan-Nazzjonijiet Uniti.

L-aċċess għas-swieq barra mill-UE hu kruċjali għall-impjiegi u t-tkabbir fi ħdan l-UE. L-UE taħdem biex iżżomm is-swieq miftuħin u biex il-kummerċ jibqa' għaddej b'mod ġust.

Permezz ta’ appoġġ politiku, loġistiku u ekonomiku, l-UE għandha rwol kruċjali fil-bini tal-paċi f’postijiet fid-dinja kollha.