Mur għall-kontenut ewlieni
Dokument ta’ azzjoni

Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2017

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
13 Diċembru 2016 (L-aħħar aġġornament: 10 Jannar 2017)

Deskrizzjoni

Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2017

Ninsabu fi stadju kruċjali għall-Unjoni Ewropea. Dan huwa żmien ta’ ħafna sfidi globali, ekonomiċi, ambjentali u soċjetali. Għalhekk, iċ-ċittadini Ewropej jistennew li l-Unjoni Ewropea tagħmel differenza konkreta billi tgħin tindirizza l-akbar fost dawn l-isfidi.

Il-kisba ta’ riżultati fejn huma l-aktar meħtieġa tirrikjedi li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea jaħdmu flimkien mill-qrib, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċess leġiżlattiv Ewropew. Dan hu għaliex ikkommettejna (...) li naqblu kull sena dwar numru ta' proposti li nixtiequ nagħtuhom trattament prijoritarju fil-proċess leġiżlattiv.

Filwaqt li nkomplu naħdmu fuq il-proposti leġiżlattivi kollha, l-inizjattivi li ġejjin se jingħataw trattament prijoritarju fil-proċess leġiżlattiv biex ikun żgurat progress sostanzjali u, meta jkun possibbli, li dawn jitwettqu qabel tmiem l-2017.

Fil-livell politiku, l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta se tiġi mmonitorjata b'mod konġunt u regolarment permezz tal-laqgħat tal-Presidenti tat-tliet Istituzzjonijiet f'Marzu, Lulju u Novembru tal-2017.

Files

13 DIĊEMBRU 2016
Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2017
Malti
(235.48 KB - PDF)
Iddawnlowdja
27 SETTEMBRU 2017
Stat tal-Unjoni 2017: rapport ta' implimentazzjoni tal-politika (13 ta' Settembru 2017)
Malti
(HTML)
Iddawnlowdja