Esprimi ruħek
L-UE tipproteġi dak li huwa importanti, inkluż id-dritt tiegħek li tesprimi l-fehmiet tiegħek, li tinstema’, u li tikkontribwixxi għad-deċiżjonijiet li jaffettwawk.
F’xi partijiet tad-dinja, jekk tgħid ċajta fil-pubbliku jistgħu jwaħħluk multa jew saħansitra jitfgħuk il-ħabs. Fl-UE, għandek il-libertà li tesprimi fehmtek, peress li l-libertà tal-espressjoni hija protetta.
Id-demokrazija tagħna tiffavorixxi d-dibattitu miftuħ, sabiex l-ideat u l-opinjonijiet ikunu jistgħu jiġu diskussi liberament. Tista’ tpoġġi f’kafetterija jew f’ħanut tax-xorb mal-ħbieb u tgħid dak li temmen bla biża’ ta’ ritaljazzjoni jew ċensura min-naħa tal-gvern. Id-demokrazija tippermettilek tesprimi ruħek.
Dan xi jfisser għalik?
Tista’ tiddefendi dak li temmen fihFl-UE, tista’ tingħaqad ma’ protesta pubblika, tikkritika lill-Gvern, jew sempliċiment tesprimi l-opinjonijiet tiegħek mingħajr intimidazzjoni jew sanzjonijiet. Dak li tgħid huwa protett, bħalma huwa protett id-dritt tiegħek li tgħidu.
Tista’ tifforma l-opinjoni tiegħekGħandek il-libertà li tiddeċiedi x’pożizzjoni tieħu dwar kwistjonijiet li huma importanti għalik, mingħajr ebda interferenza mill-Istat. Din il-libertà tiddependi fuq l-aċċess għal informazzjoni affidabbli, u l-UE hija impenjata li tara li dak l-aċċess jibqa’ miftuħ u protett.
Tista’ tkun kreattiv u taqsam l-ideat tiegħek mingħajr biża’Għandek il-libertà li taqsam l-ideat tiegħek bil-kliem, bl-arti, bil-mużika, jew bħala kontenut online. Fl-UE, jekk qed tesibixxi ruħek fuq palk, tippubblika fil-midja soċjali, toħloq l-arti, jew sempliċiment tibgħat messaġġ lill-ħbieb, il-libertà tiegħek li tkun kreattiv u tikkomunika hija protetta.
Kif inhuma protetti dawn il-libertajiet?
Dawn mhumiex biss drittijiet fuq il-karta. L-UE taħdem kontinwament biex tiżgura li jiġu rispettati fil-prattika.
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tiggarantixxi li l-Ewropej kollha jkollhom il-libertà tal-espressjoni u l-aċċess liberu għall-informazzjoni. U l-UE marret lil minn hekk biex dawn il-prinċipji jissarrfu f’azzjoni konkreta.
Dan l-impenn huwa rifless ukoll fl-appoġġ dirett mill-UE għal dawk li jagħtu l-ħajja lil dawn il-libertajiet. Permezz tal-programmi ta’ finanzjament tagħha, l-UE tgħin lin-nies jipproteġu l-libertà tal-espressjoni tagħhom billi tappoġġa proġetti li javvanzaw il-kultura u l-espressjoni libera, b’mod partikulari permezz tal-programm Ewropa Kreattiva.
Online, l-Att dwar is-Servizzi Diġitali jiżgura li l-pjattaformi l-kbar ma jkunux jistgħu jneħħu jew irażżnu l-kontenut b’mod arbitrarju, u jimponi t-trasparenza b’rabta mad-deċiżjonijiet li jwasslu għal x’tara u ma tarax. Pereżempju, jekk pjattaforma tal-media soċjali tneħħi l-post tiegħek jew tissospendi l-kont tiegħek, din trid tispjega għaliex u tipprovdik b’mod kif tikkontesta dik id-deċiżjoni.
U permezz tal-Boxxla Kulturali għall-Ewropa, qed nindirizzaw l-isfidi li qed jiffaċċjaw is-setturi u l-industriji kulturali u kreattivi fl-Ewropa, bħar-restrizzjonijiet fuq l-espressjoni artistika, l-għajxien prekarju tal-artisti, u l-impatt tal-IA.
Kif jaħsbuha l-Ewropej?
Sorsi: Ewrobarometru, Diċembru 2023


