Infittxu l-għarfien mingħajr limiti
L-UE tipproteġi dak li huwa importanti, inkluż id-dritt tiegħek li tfittex, taqsam, u tafda l-għarfien b’mod liberu.
F’xi partijiet tad-dinja, ix-xjenzati jiffaċċjaw pressjoni, ċensura, jew theddid. Fl-UE, huma liberi li jwettqu r-riċerka b’mod indipendenti, peress li l-libertà xjentifika hija valur fundamentali f’soċjetà demokratika.
L-għajxien f’demokrazija jagħmilha possibbli li nesploraw, nisfidaw, u naqsmu l-ideat liberament. Fl-UE, għar riċerkaturi, l-istudenti, jew individwi li huma sempliċiment kurjużi, id-dritt għal-libertà xjentifika u akkademika huwa protett.
Dan xi jfisser għalik?
Għandek il-libertà li tesplora l-ideat mingħajr biża’Ir-riċerkaturi u l-akkademiċi fl-UE jistgħu jagħżlu x’jistudjaw, jistaqsu mistoqsijiet diffiċli, u joqogħdu fuq l-evidenza, anke meta t-tweġibiet ma jkunux komdi.
L-għarfien huwa indipendenti mill-indħil politikuL-universitajiet u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka fl-UE huma protetti minn indħil bla bżonn, u għalhekk id-deċiżjonijiet dwar ir-riċerka jsiru għal raġunijiet akkademiċi, mhux politiċi.
Tista’ taqsam u tiddibatti r-riċerka b’mod miftuħFl-UE, ix-xjenzati huma liberi li jippubblikaw is-sejbiet tagħhom, jitkellmu dwar xogħolhom, u jieħdu sehem fid-dibattitu pubbliku. Id-diskussjoni miftuħa, in-nuqqas ta’ qbil, u l-iskrutinju huma protetti — huma parti minn kif kemm ix-xjenza kif ukoll id-demokrazija jimxu ’l quddiem.
Kif inhuma protetti dawn il-libertajiet?
Dawn il-protezzjonijiet huma reali u infurzabbli.
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tiggarantixxi l-libertà xjentifika, kif ukoll il-libertà tal-ħsieb, tal-espressjoni, u tal-informazzjoni, u tqiegħed it-tfittxija għall-għarfien fil-qalba ta’ dak li tirrappreżenta l-UE.
Dan l-impenn jissarraf f’appoġġ konkret min-naħa tal-UE għall-individwi u l-istituzzjonijiet li jixprunaw il-progress xjentifiku. L-UE tgħin biex tiġi ssalvagwardjata l-libertà xjentifika billi tiffinanzja proġetti li jiggarantixxu li r-riċerka Ewropea tibqa’ indipendenti, miftuħa, u kollaborattiva.
Pereżempju, permezz tal-programm tagħha Orizzont Ewropa, l-UE tappoġġa lir-riċerkaturi fi Stati Membri differenti biex jaħdmu flimkien fuq sfidi globali ewlenin, bħall-kanċer, it-tibdil fil-klima jew l-enerġija nadifa, u jikkondividu s-sejbiet tagħhom mad-dinja.
L-UE qed toħloq ukoll iż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER), spazju uniku u mingħajr fruntieri għar-riċerka, l-innovazzjoni, u t-teknoloġija, imfassal biex jiżgura li x-xjenza fl-Ewropa tibqa’ miftuħa u kollaborattiva.
Kif jaħsbuha l-Ewropej?
Sorsi: Ewrobarometru, Frar 2025


