Aċċess pubbliku għad-dokumenti
Biex tgħin liċ-ċittadini jiksbu aċċess għal informazzjoni u dokumenti dwar il-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea u tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea u istituzzjonijiet oħrajn tal-UE jagħmlu numru kbir ta’ dokumenti disponibbli online.
Sorsi ta’ dokumenti disponibbli
Kummissjoni Ewropea
- Reġistru tad-dokumenti tal-Kummissjoni - ir-reġistru ewlieni tad-dokumenti tal-Kummissjoni li fihom proposti, valutazzjonijiet tal-impatt, atti delegati u ta’ implimentazzjoni, deċiżjonijiet oħrajn tal-Kummissjoni eċċ.
- Reġistru tal-każijiet ta’ kompetizzjoni - dokumenti relatati ma’ każijiet ta’ għajnuna mill-Istat, fużjonijiet, antitrust u kartelli
- Reġistru tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni - dokumenti u informazzjoni relatati maċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni
- Reġistru tal-Komitoloġija - dokumenti relatati mal-ħidma tal-kumitati fil-kuntest tal-proċeduri tal-komitoloġija
- Semma’ leħnek - liġijiet u politiki tal-Kummissjoni li qed jiġu żviluppati bħalissa (eż. pjanijiet direzzjonali, abbozzi ta’ atti delegati/ta’ implimentazzjoni) u li għalihom tista’ tipprovdi l-feedback tiegħek
- Paġni web tal-Kummissarji - laqgħat bejn il-Kummissarji/il-Membri tal-Kabinett tagħhom u l-partijiet ikkonċernati esterni, l-ispejjeż tal-missjonijiet u l-aġendi tal-Kummissarji
- Informazzjoni dwar deċiżjonijiet ta’ ksur tal-Kummissjoni - informazzjoni dwar deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar ksur skont il-pajjiż tal-UE, il-qasam ta’ politika jew id-data
- Pubblikazzjonijiet dwar l-ekonomija, il-finanzi u l-euro - pubblikazzjonijiet dwar l-ekonomija, il-finanzi u l-euro (dokumenti istituzzjonali, rapporti, sommarji ekonomiċi, dokumenti ta’ diskussjoni, dokumenti tekniċi)
- Materjal għall-Istampa - Materjal għall-istampa mis-Servizz tal-Kelliem tal-Kummissjoni
- Pubblikazzjonijiet - dokumenti ta’ ppjanar u strateġija tal-Kummissjoni, skedi informattivi, studji, opportunitajiet ta’ offerti, statistika, dokumenti tal-opinjoni pubblika
- Arkivji storiċi – dokumenti li għandhom aktar minn 30 sena.
Parlament Ewropew
- Reġistru tad-dokumenti tal-Parlament - reġistru ewlieni tad-dokumenti tal-Parlament, li jippermettilek ukoll tissottometti talbiet għal aċċess għad-dokumenti tal-Parlament
- Osservatorju Leġiżlattiv - bażi tad-data tal-Parlament Ewropew għall-monitoraġġ tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE
- IPEX - pjattaforma għall-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni bejn il-Parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew dwar kwistjonijiet relatati mal-UE
Kunsill tal-Unjoni Ewropea/Kunsill Ewropew
- Reġistru tad-dokumenti tal-Kunsill - reġistru ewlieni tad-dokumenti tal-Kunsill tal-UE/Kunsill Ewropew, li jippermettilek ukoll tippreżenta talbiet għal aċċess għal dokumenti tal-Kunsill
- Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew - konklużjonijiet adottati matul kull laqgħa tal-Kunsill Ewropew
Reġistri interistituzzjonali
- EUR-Lex - joffri aċċess għal-liġi tal-UE, il-ġurisprudenza mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE u dokumenti pubbliċi oħrajn tal-UE kif ukoll il-Ġurnal Uffiċjali elettroniku awtentiku tal-UE
- Pubblikazzjonijiettal-UE - pubblikazzjonijiet mill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-UE (dak li qabel kien “EU Bookshop”)
- Reġistru ta’ Trasparenza - bażi tad-data għall-organizzazzjonijiet li jfittxu li jinfluwenzaw il-formulazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-politika u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE
- Pubblikazzjonijiet tal-Eurostat - pubblikazzjonijiet tal-Eurostat, li fihom artikli u glossarji li jippreżentaw l-istatistika
- DORIE - bażi tad-data li fiha għażla ta’ dokumenti jew siltiet ta’ dokumenti relatati ma’ kwistjonijiet istituzzjonali ġenerali u mad-diversi konferenzi intergovernattivi li għamlu bidliet fit-trattati fundaturi tal-UE
Data miftuħa
Tista' wkoll issib dak li qed tfittex billi tikkonsulta l-portal tad-data miftuħa.
Persunal u dokumenti ta' reklutaġġ
L-aċċess għall-files tar-reklutaġġ tal-EPSO jew għal files personali tal-persunal tal-Kummissjoni hu regolat minn drittijiet ta' aċċess speċifiċi. L-applikanti li jixtiequ jiksbu aċċess għall-files tagħhom f'dawn l-oqsma għandhom jagħmlu dan billi jikkuntattjaw direttament l-EPSO jew id-DĠ HR.
Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
Informazzjoni ġenerali
Jekk qed tfittex informazzjoni ġenerali dwar il-Kummissjoni Ewropea, Europe Direct jgħinek issib malajr dak li għandek bżonn.
Tista’ tikkuntattja lil Europe Direct bit-telefown, bl-użu ta’ numru tat-telefown b’xejn li jaħdem minn kwalunkwe pajjiż tal-UE: 00 800 6 7 8 9 10 11. Dawn il-linji huma miftuħin bejn id-09:00 u s-18:00.
Email - (tweġiba fi żmien 3 ijiem ta’ xogħol)
Itlob dokument
Jekk ma tistax issib id-dokument li qed tfittex, tista’ tissottometti talba għal aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea fil-link ta’ hawn taħt.
Talba għal dokument tal-Kummissjoni
Meta talba tista' tiġi miċħuda?
Il-Kummissjoni għandha d-dritt li tirrifjuta l-aċċess għal dokumenti li, jekk jinkixfu, se jkunu ta’ dannu għal wieħed jew diversi interessi pubbliċi jew privati elenkati fir-Regolament 1049/2001.
Jekk jogħġbok innota li xi dokumenti tal-Kummissjoni jistgħu jkunu koperti, kompletament jew parzjalment, mill-eċċezzjonijiet għal aċċess pubbliku definiti fir-regolament.
Skont il-Qrati, preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar tapplika għal dokumenti relatati ma'
- proċeduri ta’ EU pilot li għaddejjin bħalissa
- każijiet ta’ ksur u awditjar li għadhom għaddejjin
- każijiet ta' għajnuna mill-Istat
- każijiet dwar il-kompetizzjoni dokumenti mibgħutin mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni
- każijiet ta’ fużjoni
- investigazzjonijiet kontra l-frodi (OLAF)
- kawżi tal-qorti
- offerti sottomessi minn offerenti oħrajn fi proċedura ta’ akkwist
- proposti ta’ għotjiet sottomessi minn kandidati oħrajn
- mistoqsijiet bil-miktub mitluba fil-proċeduri ta’ selezzjoni tal-persunal