Media ħielsa Żomm ruħek infurmat L-UE tipproteġi dak li huwa importanti, inkluż id-dritt tiegħek li tirċievi informazzjoni indipendenti u affidabbli.F’xi partijiet tad-dinja, il-ġurnalisti jiġu msikktin, il-midja tiġi ristretta, u n-nies jisimgħu biss verżjoni waħda tal-fatti.Fl-UE, l-istampa għandha l-libertà li tistaqsi mistoqsijiet ibsin, li tesiġi li min għandu l-poter jagħti kont ta’ għemilu, u li tipprovdi sorsi ta’ informazzjoni affidabbli. Id-demokrazija tippermetti li l-pluraliżmu tal-midja u l-istampa ħielsa jiffjorixxu, sabiex inti tkun tista’ tifhem x’qed jiġri u tasal għall-konklużjonijiet tiegħek. Dan xi jfisser għalik? Tista’ taċċessa midja differenti u indipendentiFl-UE tista’ taqra, tara, u tisma’ firxa wiesgħa ta’ midja — pubbliċi u privati, nazzjonali u lokali, online u offline. Tista’ tqabbel fehmiet u sorsi differenti, moħħok mistrieħ li mhumiex iċċensurati jew ikkontrollati mill-istat. Il-ġurnalisti jistgħu jinvestigaw u jirrapportaw mingħajr ma jibżgħu għal ġildhom Fl-UE, il-ġurnalisti għandhom id-dritt li jinvestigaw il-korruzzjoni, l-abbuż tal-poter, u l-għemil ħażin. Jistgħu jipproteġu lis-sorsi tagħhom u jippubblikaw dak li jsiru jafu mingħajr ma jiffaċċjaw indħil jew intimidazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi. Meta l-ġurnalisti jkunu protetti, tkun protetta wkoll id-demokrazija tagħna.Tifforma l-opinjonijiet tiegħekMedia ħielsa tfisser li għandek aċċess għal perspettivi differenti, sabiex tkun tista’ tiżen kollox personalment. Minflok ma xi ħadd jgħidlek kif għandek taħseb, tista’ tasal għall-konklużjonijiet tiegħek waħdek u tiddeċiedi x’pożizzjoni tieħu. Kif inhuma protetti dawn il-libertajiet? Dawn mhumiex ideat astratti. Huma libertajiet reali li l-UE taħdem biex tipproteġihom kuljum. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tiggarantixxi li fl-UE kulħadd igawdi mil-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, inklużi l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja. U dawn il-garanziji huma sostnuti b’liġijiet b’saħħithom.Il-leġiżlazzjoni tal-UE, bħall-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media tikkontribwixxi biex il-ġurnalisti u s-sorsi tagħhom ikunu mħarsin, issaħħaħ l-indipendenza editorjali, u tipproteġi lill-organizzazzjonijiet tal-midja minn interferenza jew intimidazzjoni legali mhux xierqa. Pereżempju, jekk ġurnalist jikxef korruzzjoni jew abbuż ta’ poter, ir-regoli kontra s-SLAPP jgħinu biex jipproteġuh milli jiġi msikkta permezz ta’ kawżi abbużivi mfassla biex itaffu l-ħin u r-riżorsi tiegħu.L-UE taħdem attivament biex tappoġġa l-midja ħielsa u indipendenti. Permezz tal-programmi ta’ finanzjament tagħha, tgħin biex issostni proġetti li jippromwovu xenarju tal-midja b’saħħtu u pluralistiku.Ngħidu aħna, permezz tal-fergħa MEDIA tal-programm Ewropa Kreattiva, l-UE tiffinanzja l-ġurnaliżmu indipendenti, investigattiv, u lokali madwar l-Ewropa, sabiex l-istampa tkun tista’ tkompli tinfurmak, tgħaddi lil min għandu l-poter mill-għarbiel, u tiggarantixxi demokrazija b’saħħitha. X’jaħsbu l-Ewropej? 69% tal-Ewropej huma tal-fehma li l-midja nazzjonali tagħhom tipprovdi informazzjoni affidabbli73% tal-Ewropej huma tal-fehma li l-midja nazzjonali tagħhom tipprovdi varjetà ta’ pożizzjonijiet u fehmiet56% tal-Ewropej huma sodisfatti bl-istat tal-libertà, l-indipendenza, u l-pluraliżmu tal-midja fl-UE Sorsi: Ewrobarometru, Diċembru 2025 u Ewrobarometru Speċjali, Novembru 2025 Involvi ruħekGħid tiegħekIkkontribwixxi għall-proċess tat-tfassil tal-politika tal-UEIkkontribwixxi għall-proposti li jmiss tal-UEAqsam l-ideat tiegħek f’dibattiti online u fil-Panels taċ-ĊittadiniNiedi inizjattiva taċ-ċittadiniItlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi leġiżlazzjoni ġdidaRessaq petizzjoni lill-UEIlmenta dwar liġi jew itlob lill-Parlament Ewropew jirrieżamina kwistjoniVolontarjatInvolvi ruħek fi proġetti madwar l-Ewropa u lil hinn minnhaSib dokumenti uffiċjaliIkseb aċċess għal informazzjoni u dokumenti dwar ħidmet l-istituzzjonijiet tal-UE Ipproteġi dak li huwa importantiIx-xjenza tibqa’ ħielsaFl-UE, tista’ tesplora l-ideat b’mod miftuħ u indipendentiIl-vuci tiegħek tgħoddFl-UE, tista’ titkellem liberament, mingħajr biża’ ta’ ċensura, arrest, jew kastig
Ikkontribwixxi għall-proposti li jmiss tal-UEAqsam l-ideat tiegħek f’dibattiti online u fil-Panels taċ-Ċittadini
Sib dokumenti uffiċjaliIkseb aċċess għal informazzjoni u dokumenti dwar ħidmet l-istituzzjonijiet tal-UE
Il-vuci tiegħek tgħoddFl-UE, tista’ titkellem liberament, mingħajr biża’ ta’ ċensura, arrest, jew kastig