
Sentejn ilu, daħal fis-seħħ l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA).
Id-DSA jipproteġi d-drittijiet fundamentali tiegħek online billi jirregola s-servizzi online bħall-pjattaformi tal-midja soċjali, is-swieq online, l-app stores, u s-servizzi tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni online. L-għan tiegħu hu li jiggarantixxi spazju diġitali aktar sikur billi jindirizza kwistjonijiet bħad-disinn li joħloq dipendenza, il-kontenut illegali, it-tattiċi manipulattivi, u aktar.
Minn Frar 2024 ’l hawn, id-DSA japplika għall-biċċa l-kbira tal-pjattaformi fl-UE, ħlief għall-intrapriżi mikro u żgħar. L-infurzar jinqasam bejn l-awtoritajiet nazzjonali (il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali) u l-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tissorvelja l-akbar pjattaformi.
Biex tiżgura l-konformità, il-Kummissjoni fetħet diversi investigazzjonijiet. F’xi każijiet, dawn wasslu biex il-pjattaformi jagħmlu bidliet konkreti. Xi investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Pereżempju, il-Kummissjoni dan l-aħħar nediet investigazzjoni dwar l-X u dwar l-użu li tagħmel minn Grok, u estendiet l-investigazzjoni li qed tagħmel bħalissa biex tkopri s-sistemi ta’ rakkomandazzjoni tal-X. Nediet ukoll investigazzjoni dwar ix-Shein minħabba d-disinn li joħloq dipendenza, in-nuqqas ta’ trasparenza, u l-bejgħ ta’ prodotti illegali.
F’każ ieħor, il-Kummissjoni sabet b’mod preliminari li d-disinn tat-TikTok, li joħloq dipendenza, jikser id-DSA. Meta jiġri dan, il-pjattaforma tista’ tiddefendi lilha nnifisha. Tista’ teżamina l-fajls tal-investigazzjoni u twieġeb bil-miktub qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni finali. Il-pjattaformi l-kbar li ma jikkonformawx mad-DSA jistgħu jiffaċċjaw multi sa 6% tal-fatturat annwali globali tagħhom. Jista’ wkoll jagħti l-każ li jkollhom jieħdu miżuri korrettivi.
Permezz ta’ miżuri bħad-DSA, l-UE qed issawwar il-futur diġitali tal-Ewropa. Qed tappoġġa, tiffinanzja, u tirregola t-teknoloġiji ġodda bl-għan li ssaħħaħ id-demokrazija u tagħmel l-Ewropa aktar kompetittiva u teknoloġikament indipendenti.
Għal aktar tagħrif
- Data tal-pubblikazzjoni
- 17 Frar 2026
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Aħbarijiet relatati
Sir af aktar dwar il-kampanja tal-UE biex tippromwovi ċ-ċibersigurtà fl-Ewropa u dwar x’qed tagħmel l-UE biex inħejju u nirreaġixxu aħjar għat-theddid relatat maċ-ċibersigurtà
Fil-11 ta’ Settembru 2026, jidħlu fis-seħħ obbligi ġodda ta’ rapportar skont l-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika (CRA) fl-UE kollha. L-Att se jsaħħaħ iċ-ċibersigurtà tal-prodotti tas-software u tal-hardware b’elementi diġitali u se jipproteġi aħjar lill-konsumaturi u lin-negozji mit-theddid ċibernetiku.
Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat pjan biex tindirizza r-riskji u tisfrutta l-opportunitajiet tal-intelliġenza artifiċjali (IA) avvanzata fiċ-ċibersigurtà.
The Commission has started a formal investigation to verify if Snapchat may have breached the Digital Services Act, by exposing minors to grooming attempts and recruitment for criminal purposes, as well as to information about the sale of illegal goods.