Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Programm ta’ Għajnuna għall-komunità Ċiprijotta Torka

Il-Kummissjoni tipprovdi appoġġ għan-negozjati attwali dwar ir-riżoluzzjoni ta’ Ċipru u timplimenta l-Programm ta’ Għajnuna għall-komunità Ċiprijotta Torka.

Għan

Ċipru ssieħeb fl-UE fl-2004 bħala gżira de facto mifruda. Fis-26 ta’ April 2004, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddikjara d-determinazzjoni tiegħu sabiex “jintemm l-iżolament ta’ dik il-komunità u sabiex tiġi ffaċilitata l-għaqda mill-ġdid ta’ Ċipru permezz tal-inkoraġġiment tal-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Turko-Ċiprijotta”.

F’dan l-isfond, il-Kummissjoni timplimenta programm ta’ għajnuna għall-Komunità Ċiprijotta Torka bbażat fuq ir-Regolament dwar l-Għajnuna (Regolament (KE) Nru 389/2006). Il-programm hu mmaniġġjat mid-id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana tal-Kummissjoni.

Programm ta’ Għajnuna għall-komunità Ċiprijotta Torka

Il-programm għandu l-għan li jiffaċilita r-riunifikazzjoni ta’ Ċipru billi jħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka, b’enfasi partikolari fuq:

  • l-integrazzjoni ekonomika tal-gżira
  • it-titjib tal-kuntatti bejn iż-żewġ komunitajiet u mal-UE
  • it-tħejjija għall-korp ta’ liġijiet tal-UE (magħruf ukoll bħala l-acquis tal-UE) wara soluzzjoni komprensiva tal-kwistjoni ta’ Ċipru.

Fil-perjodu 2006-2018, l-UE allokat kważi €520 miljun għal proġetti b’appoġġ għall-komunità Ċiprijotta Torka.

Għanijiet speċifiċi tal-programm

  • il-promozzjoni tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku fil-komunità Ċiprijotta Torka
  • l-iżvilupp u r-restawr tal-infrastruttura
  • it-trawwim tar-rikonċiljazzjoni, il-bini tal-fiduċja u l-appoġġ lis-soċjetà ċivili
  • it-tqarrib tal-komunità Ċiprijotta Torka lejn l-UE, permezz ta’ informazzjoni u kuntatti bejn iċ-Ċiprijotti Torok u ċittadini oħra tal-UE.
  • l-għajnuna lill-komunità Ċiprijotta Torka fit-tħejjija għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE ladarba jkun hemm qbil dwar soluzzjoni komprensiva għall-kwistjoni ta’ Ċipru

Id-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ tar-Riforma Strutturali jmexxi Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Programmi (EUPSO), fil-parti tat-Tramuntana ta’ Nikosija, biex jaġixxi bħala kuntatt mal-komunità benefiċjarja u biex jgħin fit-twassil tal-assistenza.

Eżempji ta’ riċeventi tal-finanzjament

L-Unjoni Ewropea ilha sa mill-2006 tappoġġja l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka, inkluż it-titjib tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u tal-kwalità tal-ħajja fiż-żoni rurali. Ara l-videos ta’ hawn taħt (fuq YouTube) biex titgħallem dwar l-istejjer ta’ wħud mill-benefiċjarji.

EU Aid Programme in Angolemi / Angolem

Programm ta’ Għajnuna tal-UE f’Angolemi / Αγγολέμι / Angolem

Din hija l-istorja ta’ wieħed mill-benefiċjarji tal-appoġġ iffinanzjat mill-UE f’Angolemi / Αγγολέμι / Angolem.

Culture and Art House

Dar tal-Kultura u tal-Arti / Σπίτι του Πολιτισμού και της τέχνης / Kültür ve Sat Evi

Din hija l-istorja ta’ wieħed mill-benefiċjarji tal-appoġġ iffinanzjat mill-UE f’Kiados / Çatoz / Serdarlı.

Improving Dairy Production

Titjib tal-produzzjoni ta’ prodotti tal-ħalib / βελτίωση της παραγωγής γάλακτος / Süt Üreminin İyle’ tirilmei

Din hija l-istorja ta’ wieħed mill-benefiċjarji tal-appoġġ iffinanzjat mill-UE f’Louroukina / Lurucina / Akıncılar.

L-edukazzjoni biex jiġu xprunati l-ħiliet

Il-Programm ta’ Assistenza għandu l-għan li jqarreb aktar lejn xulxin liż-żewġ komunitajiet f’Ċipru, biex iwitti t-triq għar-riunifikazzjoni. Mill-2006 l-Programm ta’ Għajnuna għall-komunità Ċiprijotta Torka alloka kważi €40 miljun biex jiġu xprunati l-ħiliet permezz tal-edukazzjoni. Agħti daqqa t'għajn lejn il-kotba żgħar t’hawn taħt biex taqra aktar dwar kif l-UE qed tinvesti fl-edukazzjoni u qed tagħti spinta lill-impjegabbiltà, biex b'hekk tikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku u tipprovdi opportunitajiet biex tqarreb aktar lejn xulxin lill-komunità Ċiprijotta Torka u dik Ċiprijotta Griega.

Aid Programme for the Turkish-Cypriot community: Education to boost skills (English)

Aid Programme for the Turkish-Cypriot community: Education to boost skills (Greek)

Aid Programme for the Turkish-Cypriot community: Education to boost skills (Turkish)

Entitajiet li jimplimentaw fondi tal-UE taħt ġestjoni indiretta:

2018

2017

2016

Delivering on EU Support for a Cyprus Settlement: Legacy and Vision

Għan

Ċipru ssieħeb fl-UE fl-2004 bħala gżira de facto mifruda. Fis-26 ta’ April 2004, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddikjara d-determinazzjoni tiegħu sabiex “jintemm l-iżolament ta’ dik il-komunità u sabiex tiġi ffaċilitata l-għaqda mill-ġdid ta’ Ċipru permezz tal-inkoraġġiment tal-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Turko-Ċiprijotta”.

F’dan l-isfond, il-Kummissjoni timplimenta programm ta’ għajnuna għall-Komunità Ċiprijotta Torka bbażat fuq ir-Regolament dwar l-Għajnuna (Regolament (KE) Nru 389/2006). Il-programm hu mmaniġġjat mid-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ tar-Riforma Strutturali tal-Kummissjoni.

Programm ta’ Għajnuna għall-komunità Ċiprijotta Torka

Il-programm għandu l-għan li jiffaċilita r-riunifikazzjoni ta’ Ċipru billi jħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka, b’enfasi partikolari fuq:

  • l-integrazzjoni ekonomika tal-gżira
  • it-titjib tal-kuntatti bejn iż-żewġ komunitajiet u mal-UE
  • it-tħejjija għall-korp ta’ liġijiet tal-UE (magħruf ukoll bħala l-acquis tal-UE) wara soluzzjoni komprensiva tal-kwistjoni ta’ Ċipru.

Fil-perjodu 2006-2018, l-UE allokat kważi €520 miljun għal proġetti b’appoġġ għall-komunità Ċiprijotta Torka.

Għanijiet speċifiċi tal-programm

  • il-promozzjoni tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku fil-komunità Ċiprijotta Torka
  • l-iżvilupp u r-restawr tal-infrastruttura
  • it-trawwim tar-rikonċiljazzjoni, il-bini tal-fiduċja u l-appoġġ lis-soċjetà ċivili
  • it-tqarrib tal-komunità Ċiprijotta Torka lejn l-UE, permezz ta’ informazzjoni u kuntatti bejn iċ-Ċiprijotti Torok u ċittadini oħra tal-UE.
  • l-għajnuna lill-komunità Ċiprijotta Torka fit-tħejjija għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE ladarba jkun hemm qbil dwar soluzzjoni komprensiva għall-kwistjoni ta’ Ċipru

Id-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ tar-Riforma Strutturali jmexxi Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Programmi (EUPSO), fil-parti tat-Tramuntana ta’ Nikosija, biex jaġixxi bħala kuntatt mal-komunità benefiċjarja u biex jgħin fit-twassil tal-assistenza.

Eżempji ta’ riċeventi tal-finanzjament

L-Unjoni Ewropea ilha sa mill-2006 tappoġġja l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka, inkluż it-titjib tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u tal-kwalità tal-ħajja fiż-żoni rurali. Ara l-videos ta’ hawn taħt (fuq YouTube) biex titgħallem dwar l-istejjer ta’ wħud mill-benefiċjarji.

EU Aid Programme in Angolemi / Angolem

Programm ta’ Għajnuna tal-UE f’Angolemi / Αγγολέμι / Angolem

Din hija l-istorja ta’ wieħed mill-benefiċjarji tal-appoġġ iffinanzjat mill-UE f’Angolemi / Αγγολέμι / Angolem.

Culture and Art House

Dar tal-Kultura u tal-Arti / Σπίτι του Πολιτισμού και της τέχνης / Kültür ve Sat Evi

Din hija l-istorja ta’ wieħed mill-benefiċjarji tal-appoġġ iffinanzjat mill-UE f’Kiados / Çatoz / Serdarlı.

Improving Dairy Production

Titjib tal-produzzjoni ta’ prodotti tal-ħalib / βελτίωση της παραγωγής γάλακτος / Süt Üreminin İyle’ tirilmei

Din hija l-istorja ta’ wieħed mill-benefiċjarji tal-appoġġ iffinanzjat mill-UE f’Louroukina / Lurucina / Akıncılar.

L-Unjoni Ewropea ilha sa mill-2006 tappoġġja l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka, inkluż it-titjib tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u tal-kwalità tal-ħajja fiż-żoni rurali. Ara l-videos ta’ hawn taħt (fuq YouTube) biex titgħallem dwar l-istejjer ta’ wħud mill-benefiċjarji.

L-edukazzjoni biex jiġu xprunati l-ħiliet

Il-Programm ta’ Assistenza għandu l-għan li jqarreb aktar lejn xulxin liż-żewġ komunitajiet f’Ċipru, biex iwitti t-triq għar-riunifikazzjoni. Mill-2006 l-Programm ta’ Għajnuna għall-komunità Ċiprijotta Torka alloka kważi €40 miljun biex jiġu xprunati l-ħiliet permezz tal-edukazzjoni. Agħti daqqa t'għajn lejn il-kotba żgħar t’hawn taħt biex taqra aktar dwar kif l-UE qed tinvesti fl-edukazzjoni u qed tagħti spinta lill-impjegabbiltà, biex b'hekk tikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku u tipprovdi opportunitajiet biex tqarreb aktar lejn xulxin lill-komunità Ċiprijotta Torka u dik Ċiprijotta Griega.

Aid Programme for the Turkish-Cypriot community: Education to boost skills (English)

Aid Programme for the Turkish-Cypriot community: Education to boost skills (Greek)

Aid Programme for the Turkish-Cypriot community: Education to boost skills (Turkish)

Entitajiet li jimplimentaw fondi tal-UE taħt ġestjoni indiretta:

2018

2017

2016

  • 23 LULJU 2020
DG REFORM brochure - Cyprus settlement support

  • 23 NOVEMBRU 2018
Aid Programme for the Turkish Cypriot community – selected stories

  • 23 DIĊEMBRU 2016
Council conclusions: Minister meeting on Cyprus - 26 April 2004

  • 23 DIĊEMBRU 2016
Law: Regulation for an EU Aid Programme for the Turkish Cypriot community - 389/2006

  • 23 DIĊEMBRU 2016
Evaluation of financial assistance programme for the Turkish Cypriot Community 2012

  • 23 DIĊEMBRU 2016
European Court of Auditor's special report 2012: EU assistance to the Turkish Cypriot Community