Għan
Ċipru ssieħeb fl-UE fl-2004 bħala gżira de facto mifruda. Fis-26 ta’ April 2004, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddikjara d-determinazzjoni tiegħu sabiex “jintemm l-iżolament ta’ dik il-komunità u sabiex tiġi ffaċilitata l-għaqda mill-ġdid ta’ Ċipru permezz tal-inkoraġġiment tal-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Turko-Ċiprijotta”.
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni timplimenta programm ta’ għajnuna għall-Komunità Ċiprijotta Torka bbażat fuq ir-Regolament dwar l-Għajnuna (Regolament (KE) Nru 389/2006). Il-programm hu mmaniġġjat mid-id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana tal-Kummissjoni.
Programm ta’ Għajnuna għall-komunità Ċiprijotta Torka
Il-programm għandu l-għan li jiffaċilita r-riunifikazzjoni ta’ Ċipru billi jħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka, b’enfasi partikolari fuq:
- l-integrazzjoni ekonomika tal-gżira
- it-titjib tal-kuntatti bejn iż-żewġ komunitajiet u mal-UE
- it-tħejjija għall-korp ta’ liġijiet tal-UE (magħruf ukoll bħala l-acquis tal-UE) wara soluzzjoni komprensiva tal-kwistjoni ta’ Ċipru.
Fil-perjodu 2006-2018, l-UE allokat kważi €520 miljun għal proġetti b’appoġġ għall-komunità Ċiprijotta Torka.
Għanijiet speċifiċi tal-programm
- il-promozzjoni tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku fil-komunità Ċiprijotta Torka
- l-iżvilupp u r-restawr tal-infrastruttura
- it-trawwim tar-rikonċiljazzjoni, il-bini tal-fiduċja u l-appoġġ lis-soċjetà ċivili
- it-tqarrib tal-komunità Ċiprijotta Torka lejn l-UE, permezz ta’ informazzjoni u kuntatti bejn iċ-Ċiprijotti Torok u ċittadini oħra tal-UE.
- l-għajnuna lill-komunità Ċiprijotta Torka fit-tħejjija għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE ladarba jkun hemm qbil dwar soluzzjoni komprensiva għall-kwistjoni ta’ Ċipru
Id-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ tar-Riforma Strutturali jmexxi Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Programmi (EUPSO), fil-parti tat-Tramuntana ta’ Nikosija, biex jaġixxi bħala kuntatt mal-komunità benefiċjarja u biex jgħin fit-twassil tal-assistenza.
Eżempji ta’ riċeventi tal-finanzjament
L-Unjoni Ewropea ilha sa mill-2006 tappoġġja l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka, inkluż it-titjib tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u tal-kwalità tal-ħajja fiż-żoni rurali. Ara l-videos ta’ hawn taħt (fuq YouTube) biex titgħallem dwar l-istejjer ta’ wħud mill-benefiċjarji.
| EU Aid Programme in Angolemi / Angolem | Programm ta’ Għajnuna tal-UE f’Angolemi / Αγγολέμι / AngolemDin hija l-istorja ta’ wieħed mill-benefiċjarji tal-appoġġ iffinanzjat mill-UE f’Angolemi / Αγγολέμι / Angolem. |
| Culture and Art House | Dar tal-Kultura u tal-Arti / Σπίτι του Πολιτισμού και της τέχνης / Kültür ve Sat EviDin hija l-istorja ta’ wieħed mill-benefiċjarji tal-appoġġ iffinanzjat mill-UE f’Kiados / Çatoz / Serdarlı. |
| Improving Dairy Production | Titjib tal-produzzjoni ta’ prodotti tal-ħalib / βελτίωση της παραγωγής γάλακτος / Süt Üreminin İyle’ tirilmeiDin hija l-istorja ta’ wieħed mill-benefiċjarji tal-appoġġ iffinanzjat mill-UE f’Louroukina / Lurucina / Akıncılar. |

L-edukazzjoni biex jiġu xprunati l-ħiliet
Il-Programm ta’ Assistenza għandu l-għan li jqarreb aktar lejn xulxin liż-żewġ komunitajiet f’Ċipru, biex iwitti t-triq għar-riunifikazzjoni. Mill-2006 l-Programm ta’ Għajnuna għall-komunità Ċiprijotta Torka alloka kważi €40 miljun biex jiġu xprunati l-ħiliet permezz tal-edukazzjoni. Agħti daqqa t'għajn lejn il-kotba żgħar t’hawn taħt biex taqra aktar dwar kif l-UE qed tinvesti fl-edukazzjoni u qed tagħti spinta lill-impjegabbiltà, biex b'hekk tikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku u tipprovdi opportunitajiet biex tqarreb aktar lejn xulxin lill-komunità Ċiprijotta Torka u dik Ċiprijotta Griega.
Aid Programme for the Turkish-Cypriot community: Education to boost skills (English)
Aid Programme for the Turkish-Cypriot community: Education to boost skills (Greek)
Aid Programme for the Turkish-Cypriot community: Education to boost skills (Turkish)
Entitajiet li jimplimentaw fondi tal-UE taħt ġestjoni indiretta:
2018
2017
2016
Delivering on EU Support for a Cyprus Settlement: Legacy and Vision
Growing trade under the Green Line Regulation between Greek Cypriots and Turkish Cypriots and the registration of the famous Cypriot cheese Halloumi/Hellim as an EU Protected Designation of Origin (PDO) of the entire island are two of the successes singled out in the publication “Delivering on EU Support for a Cyprus Settlement: Legacy and Vision”, which was released on 19 July 2024. The publication looks back at the achievements of the past five years and the role of the Green Line Regulation and the EU Aid Programme for the Turkish Cypriot community in facilitating Cyprus’ reunification.

Għan
Ċipru ssieħeb fl-UE fl-2004 bħala gżira de facto mifruda. Fis-26 ta’ April 2004, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddikjara d-determinazzjoni tiegħu sabiex “jintemm l-iżolament ta’ dik il-komunità u sabiex tiġi ffaċilitata l-għaqda mill-ġdid ta’ Ċipru permezz tal-inkoraġġiment tal-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Turko-Ċiprijotta”.
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni timplimenta programm ta’ għajnuna għall-Komunità Ċiprijotta Torka bbażat fuq ir-Regolament dwar l-Għajnuna (Regolament (KE) Nru 389/2006). Il-programm hu mmaniġġjat mid-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ tar-Riforma Strutturali tal-Kummissjoni.
Programm ta’ Għajnuna għall-komunità Ċiprijotta Torka
Il-programm għandu l-għan li jiffaċilita r-riunifikazzjoni ta’ Ċipru billi jħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka, b’enfasi partikolari fuq:
- l-integrazzjoni ekonomika tal-gżira
- it-titjib tal-kuntatti bejn iż-żewġ komunitajiet u mal-UE
- it-tħejjija għall-korp ta’ liġijiet tal-UE (magħruf ukoll bħala l-acquis tal-UE) wara soluzzjoni komprensiva tal-kwistjoni ta’ Ċipru.
Fil-perjodu 2006-2018, l-UE allokat kważi €520 miljun għal proġetti b’appoġġ għall-komunità Ċiprijotta Torka.
Għanijiet speċifiċi tal-programm
- il-promozzjoni tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku fil-komunità Ċiprijotta Torka
- l-iżvilupp u r-restawr tal-infrastruttura
- it-trawwim tar-rikonċiljazzjoni, il-bini tal-fiduċja u l-appoġġ lis-soċjetà ċivili
- it-tqarrib tal-komunità Ċiprijotta Torka lejn l-UE, permezz ta’ informazzjoni u kuntatti bejn iċ-Ċiprijotti Torok u ċittadini oħra tal-UE.
- l-għajnuna lill-komunità Ċiprijotta Torka fit-tħejjija għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE ladarba jkun hemm qbil dwar soluzzjoni komprensiva għall-kwistjoni ta’ Ċipru
Id-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ tar-Riforma Strutturali jmexxi Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Programmi (EUPSO), fil-parti tat-Tramuntana ta’ Nikosija, biex jaġixxi bħala kuntatt mal-komunità benefiċjarja u biex jgħin fit-twassil tal-assistenza.
Eżempji ta’ riċeventi tal-finanzjament
L-Unjoni Ewropea ilha sa mill-2006 tappoġġja l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka, inkluż it-titjib tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u tal-kwalità tal-ħajja fiż-żoni rurali. Ara l-videos ta’ hawn taħt (fuq YouTube) biex titgħallem dwar l-istejjer ta’ wħud mill-benefiċjarji.
| EU Aid Programme in Angolemi / Angolem | Programm ta’ Għajnuna tal-UE f’Angolemi / Αγγολέμι / AngolemDin hija l-istorja ta’ wieħed mill-benefiċjarji tal-appoġġ iffinanzjat mill-UE f’Angolemi / Αγγολέμι / Angolem. |
| Culture and Art House | Dar tal-Kultura u tal-Arti / Σπίτι του Πολιτισμού και της τέχνης / Kültür ve Sat EviDin hija l-istorja ta’ wieħed mill-benefiċjarji tal-appoġġ iffinanzjat mill-UE f’Kiados / Çatoz / Serdarlı. |
| Improving Dairy Production | Titjib tal-produzzjoni ta’ prodotti tal-ħalib / βελτίωση της παραγωγής γάλακτος / Süt Üreminin İyle’ tirilmeiDin hija l-istorja ta’ wieħed mill-benefiċjarji tal-appoġġ iffinanzjat mill-UE f’Louroukina / Lurucina / Akıncılar. |
L-Unjoni Ewropea ilha sa mill-2006 tappoġġja l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka, inkluż it-titjib tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u tal-kwalità tal-ħajja fiż-żoni rurali. Ara l-videos ta’ hawn taħt (fuq YouTube) biex titgħallem dwar l-istejjer ta’ wħud mill-benefiċjarji.
L-edukazzjoni biex jiġu xprunati l-ħiliet
Il-Programm ta’ Assistenza għandu l-għan li jqarreb aktar lejn xulxin liż-żewġ komunitajiet f’Ċipru, biex iwitti t-triq għar-riunifikazzjoni. Mill-2006 l-Programm ta’ Għajnuna għall-komunità Ċiprijotta Torka alloka kważi €40 miljun biex jiġu xprunati l-ħiliet permezz tal-edukazzjoni. Agħti daqqa t'għajn lejn il-kotba żgħar t’hawn taħt biex taqra aktar dwar kif l-UE qed tinvesti fl-edukazzjoni u qed tagħti spinta lill-impjegabbiltà, biex b'hekk tikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku u tipprovdi opportunitajiet biex tqarreb aktar lejn xulxin lill-komunità Ċiprijotta Torka u dik Ċiprijotta Griega.
Aid Programme for the Turkish-Cypriot community: Education to boost skills (English)
Aid Programme for the Turkish-Cypriot community: Education to boost skills (Greek)
Aid Programme for the Turkish-Cypriot community: Education to boost skills (Turkish)
Entitajiet li jimplimentaw fondi tal-UE taħt ġestjoni indiretta:
2018
2017
2016
- Decision
Taskforce for the Turkish Cypriot community Aid Programme financing decisions
- Documents annexed to contributions
Annual reports on the implementation of the Aid Regulation for the Turkish Cypriot community
- 23 LULJU 2020
- 23 NOVEMBRU 2018
- 23 DIĊEMBRU 2016
- 23 DIĊEMBRU 2016
- 23 DIĊEMBRU 2016
- 23 DIĊEMBRU 2016