Mur għall-kontenut ewlieni

Ir-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra

Ir-regolament jiddefinixxi kif il-liġijiet tal-UE jiġu applikati fir-rigward tal-moviment tal-persuni, tal-oġġetti u tas-servizzi minn naħa għall-oħra tal-Linja l-Ħadra.

Ir-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra

Ċipru kollu huwa parti mill-Unjoni Ewropea. Madankollu, fil-parti tat-Tramuntana tal-gżira, fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv, il-leġiżlazzjoni tal-UE hija sospiża f’konformità  mal-Protokoll 10 għall-Att ta’ Adeżjoni tal-2003.

Mill-1974 ’l hawn il-linja tal-waqfien mill-ġlied (imsejħa l-“Linja l-Ħadra”) isseparat iż-żewġ partijiet tal-gżira. Il-linja mhijiex fruntiera esterna tal-UE. Ir-Regolament tal-Kunsill 866/2004(“ir-Regolament dwar il-Linja l-Ħadra”) jistabbilixxi t-termini li taħthom persuni u oġġetti jistgħu jaqsmu din il-linja miż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern fiż-żoni kkontrollati mill-gvern.

Iż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern huma barra mit-territorju doganali u fiskali tal-UE – iżda dan ma jaffettwax id-drittijiet personali taċ-Ċiprijotti Torok bħala ċittadini tal-UE.

Inqarrbu l-komunitajiet Ċiprijotti aktar lejn xulxin

Biex titwitta t-triq għar-riunifikazzjoni, l-appoġġ tal-UE għandu l-għan li jqarreb aktar lejn xulxin il-komunitajiet Ċiprijotti Torok u Ċiprijotti Griegi.

Wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-proġett tal-UE huwa l-moviment liberu tal-persuni, tal-oġġetti u tas-servizzi fl-Istati Membri kollha. Bħala tali, l-UE stabbilixxiet ir-regoli li taħthom il-persuni, l-oġġetti u s-servizzi jistgħu jaqsmu l-Linja l-Ħadra fl-2004. Agħti daqqa t’għajn lejn il-kotba żgħar hawn taħt biex taqra aktar dwar kif ir-Regolament tal-Linja l-Ħadra jiffaċilita l-kuntatt bejn il-persuni u l-kummerċ f’Ċipru.


22 LULJU 2020
Bringing Cypriot communities closer together: EU promotes free movement across Cyprus (English)
English
(1.93 MB - PDF)
Iddawnlowdja


22 LULJU 2020
Bringing Cypriot communities closer together: EU promotes free movement across Cyprus (Greek)
English
(1.66 MB - PDF)
Iddawnlowdja


22 LULJU 2020
Bringing Cypriot communities closer together: EU promotes free movement across Cyprus (Turkish)
English
(1.65 MB - PDF)
Iddawnlowdja

Documents

Documents

23 DIĊEMBRU 2016
Law proposal: special conditions for trade with those areas in which the Government of Republic of Cyprus does not exercise effective control - COM(2004) 466 final
English
(159.26 KB - PDF)
Iddawnlowdja