Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

OceanEye: l-UE titqiegħed fuq quddiem nett tal-osservazzjoni tal-oċeani

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 3 Ġunju 2026
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari

 

L-oċean ikopri 70% tal-wiċċ tad-dinja, iżda sa issa ġew esplorati u mmappjati biss 5% minnu. Aktar ma jkollna informazzjoni dwar l-oċean, aktar inkunu nistgħu nipproteġuh. 

Biex intejbu l-mod kif nimmonitorjaw u nifhmu l-oċean, il-Kummissjoni adottat OceanEye. Permezz ta’ din l-inizjattiva l-ġdida, l-UE għandha l-għan li tipprovdi 35% tas-sistema globali ta’ osservazzjoni tal-oċeani sal-2035 u tpoġġi lilha nnifisha bħala l-mexxejja globali fl-intelligence dwar l-oċeani

L-azzjonijiet ewlenin tal-UE fl-ambitu ta’ din l-inizjattiva se jinkludu 

  • l-introduzzjoni tas-sistema diġitali Ewropea tal-oċeani, punt ta’ dħul uniku għad-data dwar l-oċeani u l-għarfien dwar il-baħar  
  • it-tnedija ta’ alleanza internazzjonali ġdida biex timmobilizza l-investiment għas-Sistema Globali ta’ Osservazzjoni tal-Oċeani (GOOS)
  • l-iżgurar sal-2030 ta’ tewmi diġitali Ewropew tal-oċean kompletament operattiv — rappreżentazzjoni virtwali tal-oċean, disponibbli bħala servizz pubbliku għall-Ewropej u għad-dinja usa’  
  • l-esplorazzjoni ta’ modi kreattivi biex in-nies jiġu konnessi aħjar mal-oċean, inkluż permezz ta’ installazzjonijiet pubbliċi, wirjiet fil-mużewijiet, u kollaborazzjonijiet ma’ artisti u disinjaturi

Biex tappoġġa dawn l-isforzi, il-Kummissjoni se tinvesti €62 miljun fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa biex issaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-UE għall-GOOS u għas-sistemi globali tad-data dwar l-oċeani. €30 miljun oħra se jappoġġaw l-innovazzjonijiet fit-teknoloġiji tal-osservazzjoni tal-oċeani. 

OceanEye hija element ewlieni tal-Patt Ewropew għall-Oċeani, l-istrateġija ewlenija tal-UE biex tipproteġi aħjar l-oċean, tiżgura ekonomija blu b’saħħitha u tappoġġa l-benesseri tan-nies li jgħixu fil-komunitajiet kostali. 

Għal iktar informazzjoni

Stqarrija għall-istampa

Insaħħu l-osservazzjoni globali tal-oċeani 

Storja viżiva – Nipproteġu l-oċean flimkien  

Data tal-pubblikazzjoni
3 Ġunju 2026
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni