Il-Kummissjoni tikkonsulta sistematikament matul it-tħejjija ta’ inizjattivi ewlenin ġodda inkluża l-evalwazzjoni tal-politiki eżistenti. Il-Kummissjoni nediet 245 konsultazzjoni pubblika fuq l-internet minn mindu l-Kummissjoni von der Leyen bdiet il-mandat tagħha fl-1 ta’ Diċembru 2019.
Madankollu, ir-rwol u l-valur tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati huma ħafna usa’. L-aċċettazzjoni mill-partijiet ikkonċernati ta’ politiki ġodda u l-impenn tagħhom li jimplimentawhom b’mod korrett huma aktar probabbli jekk dawk l-aktar affettwati jkunu ġew involuti fi proċess miftuħ u trasparenti fejn il-fehmiet u d-data tagħhom ikunu tqiesu serjament.
Is-sħubijiet huma parti integrali mill-SDGs u jibqgħu essenzjali biex jinżamm il-progress matul iż-żmien.
Il-Patt Klimatiku Ewropew – L-impenn tal-UE għall-iżvilupp sostenibbli
Il-Patt Klimatiku Ewropew, inizjattiva ġdida mhux leġiżlattiva biex jitlaqqgħu flimkien partijiet ikkonċernati differenti bil-għan li jiġu impenjati f’azzjoni għall-klima, l-ambjent u s-sostenibbiltà tagħna. L-inizjattiva għandha l-għan li tinforma, tispira u trawwem il-kooperazzjoni bejn in-nies u l-organizzazzjonijiet.
Il-Kummissjoni se tkompli timpenja ruħha b’mod sinifikanti mal-partijiet ikkonċernati f’oqsma ta’ politika differenti sabiex tfassal politiki li huma essenzjali għat-twettiq tal-SDGs.
- Stqarrija għall-istampa Il-Patt Klimatiku Ewropew: l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini biex isawru Ewropa aktar ekoloġika
Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa
Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropali tirrappreżenta l-eżerċizzju demokratiku pan-Ewropew ewlieni se tkun forum pubbliku ġdid għal dibattitu miftuħ, inklużiv, trasparenti u strutturat maċ-ċittadini dwar għadd ta’ prijoritajiet u sfidi ewlenin, inkluża l-implimentazzjoni tal-SDGs. Hija għandha l-għan li twassal l-Ewropa lil hinn mill-bliet kapitali tagħha, tilħaq kull rokna tal-UE, issaħħaħ ir-rabta bejn l-Ewropej u l-istituzzjonijiet li jservu lilhom.
Pjattaforma ta’ diversi partijiet ikkonċernati ta’ livell għoli dwar l-SDGs
Il-pjattaforma ta’ diversi partijiet ikkonċernati ta’ livell għoli dwar l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.
Il-mandat tal-pjattaforma ta’ diversi partijiet ikkonċernati ta’ livell għoli dwar l-SDGs spiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2019.