Insawru unjoni ta’ ugwaljanzaLejn soċjetà aktar ġusta KISBIET EWLENIN KISBIET EWLENIN Nilħqu l-potenzjal sħiħ tagħnaBl-isfidi demografiċi li qed niffaċċjaw illum, ikollna nagħtu s-setgħa u nużaw il-potenzjal tal-membri kollha ta’ soċjetajiet diversi. Għandu jkun hemm l-istess opportunitajiet għal dawk kollha li jaqsmu l-istess aspirazzjonijiet, u din kienet waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni von der Leyen. Il-bini ta’ dinja b'ugwaljanza bejn il-ġeneri huwa wkoll objettiv ewlieni integrat fl-azzjonijiet esterni tal-UE. Ugwaljanzahuwa valur ewlieni ta’ kwalunkwe demokrazija14%Id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa30%Id-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet Lejn ugwaljanza bejn il-ġeneri Il-President von der Leyen mal-Membri tal-Parlament Ewropew, u l-eks Viċi President RedingL-ugwaljanza bejn il-ġeneriL-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija valur fundamentali tal-UE. Għaxar snin wara li l-Kummissjoni pproponiet direttiva biex ittejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, il-koleġiżlaturi laħqu qbil, bis-saħħa ta’ sforz imġedded mill-Kummissjoni von der Leyen. Barra minn hekk, il-programm Orizzont Ewropa nieda l-proġett pilota dwar in-nisa TechEU biex in-nisa jkunu fuq quddiem nett tat-teknoloġija profonda.L-istess paga għall-istess xogħolId-diskriminazzjoni fil-pagi fuq il-post tax-xogħol għadha problema. Għaldaqstant, f’Marzu 2021, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal direttiva biex tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali permezz tat-trasparenza fil-pagi u l-mekkaniżmi ta’ infurzar. Tmiem tal-vjolenza sessistaIl-vjolenza sessista tibqa’ realtà tal-biża’ għal wisq nisa fl-UE. F’Marzu 2022 il-Kummissjoni pproponiet regoli għall-UE kollha biex jintemmu l-vjolenza fuq il-bażi tal-ġeneru kontra n-nisa u l-vjolenza domestika. Id-Direttiva proposta se tikkriminalizza kemm l-istupru fuq il-bażi ta’ nuqqas ta’ kunsens kif ukoll il-mutilazzjoni ġenitali femminili. Dan se jikkriminalizza wkoll il-vjolenza ċibernetika bbażata fuq is-sess u l-ġeneru. Il-kisba ta’ soċjetà inklużiva Il-Kummissjoni Ewropea hija impenjata favur soċjetà pluralistika, bl-ugwaljanza bejn il-ġeneri u inklużiva, fejn il-persuni LGBTIQ +, il-minoranzi jew il-persuni b’diżabilità jiġu ttrattati bl-istess mod. Task Force speċifika għall-Ugwaljanza taħdem biex tintegra l-ugwaljanza fl-oqsma kollha ta’ politika. Il-Kummissjoni qed taħdem mal-Istati Membri biex tiżviluppa, tadotta u timplimenta pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għal-LGBTIQ+ u kontra r-razziżmu. Bħala l-gwardjana tat-trattati, il-Kummissjoni ma toqgħodx lura milli tibda proċeduri ta’ ksur kontra l-ksur tad-drittijiet fundamentali, kif kien il-każ, pereżempju, fir-rigward tal-vjolazzjonijiet b’dannu għall-komunità LGBTIQ+ fl-Ungerija u fil-Polonja. Ottubru 2021Il-ġlieda kontra l-antisemitiżmuL-istrateġija tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-antisemitiżmu u s-sostenn tal-ħajja Lhudija tistabbilixxi sensiela ta’ miżuri biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra kull forma ta’ antisemitiżmu – iżda wkoll, għall-ewwel darba, biex jiġu promossi l-wirt u l-kultura tal-Lhud u biex tiġġieled l-antisemitiżmu lil hinn mill-UE. L-Istati Membri issa qed jiżviluppaw pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali, li se jkunu żviluppati sa tmiem l-2022.Diċembru 2021Il-kriminalizzazzjoni tad-diskors ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħdaIl-Kummissjoni ħadet l-ewwel passi biex testendi l-lista ta’ reati tal-UE biex tinkludi d-diskorsi ta’ mibegħda u r-reati ta’ mibegħda.Marzu u April 2022L-implimentazzjoni tal-pjanijiet dwar il-persuni LGBTIQ+ u kontra r-razziżmuIl-Kummissjoni ħarġet linji gwida dwar l-iżvilupp, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali kontra r-razziżmu u tal-LGBTIQ+ rispettivament. L-ebda postgħal diskriminazzjoni fl-UE43%ta’ persuni LGBTIQ+ li ħassewhom diskriminati fl-2019Aktar min-nofstal-persuni b’diżabbiltà jgħidu li personalment ħassewhom diskriminati fl-2019 Ma jitħalla ħadd barra Il-Premju tal-Ibliet Kapitali Ewropej għall-Inklużjoni u d-Diversità ġie ppreżentat għall-ewwel darba f’April 2022, biex tiġi rikonoxxuta l-ħidma li saret mill-bliet u r-reġjuni fl-Ewropa, biex tiġi promossa l-inklużjoni u jinħolqu soċjetajiet ħielsa mid-diskriminazzjoni u mill-mibegħda.Il-Pjattaforma tad-Diżabilità tipprovdi ambjent ieħor li jippermetti li l-partijiet ikkonċernati rilevanti jaqsmu l-esperjenzi u l-prattiki tajbin, jitgħallmu minn xulxin u jikkollaboraw. Ritratti: Christoph OhnweilerL-istejjer tiegħekAnna Ohnweiler hija waħda mill-fundaturi ta’ “Omas gegen rechts” (nanniet kontra l-estremiżmu), li tiġġieled kontra l-antisemitiżmu, ir-razziżmu u l-misoġinija. Appoġġ għat-tfal fl-UE kollha Il-Ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfalF’Mejju 2022, il-Kummissjoni pproponiet leġiżlazzjoni ġdida tal-UE għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-abbuż sesswali online fuq it-tfal. Ir-regoli proposti tal-UE se jobbligaw lill-fornituri tas-servizzi jidentifikaw, jirrappurtaw u jneħħu materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal.Ċentru indipendenti ġdid tal-UE dwar l-Abbuż Sesswali tat-Tfal se jaħdem mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u ma’ gruppi ta’ appoġġ biex isalva u jsaħħaħ il-pożizzjoni tas-superstiti u biex l-awturi tar-reati jinġiebu quddiem il-ġustizzja.Internet aħjar għat-tfalFl-2022, il-Kummissjoni adottat strateġija Ewropea ġdida għal internet aħjar għat-tfal.Daħlu fis-seħħ ukoll regoli dwar it-tneħħija ta’ kontenut terroristiku online. L-indirizzar tal-iżvantaġġ u l-esklużjoni L-indirizzar tal-iżvantaġġ u l-esklużjoni Il-Garanzija Ewropea għat-Tfal tipprovdi gwida u l-mezzi biex l-Istati Membri jappoġġjaw lit-tfal fil-bżonn billi tiggarantixxi l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni, l-attivitajiet extrakurrikulari, l-ikliet skolastiċi tajbin għas-saħħa u l-kura tas-saħħa.Fl-2022 il-Kummissjoni għenet lil 10 Stati Membri biex s-sistemi edukattivi tagħhom jkunu aktar inklużivi billi appoġġat l-inklużjoni ta’ tfal b’diżabilità jew ta’ tfal vulnerabbli jew dawk li ġejjin minn kuntest ta’ migrazzjoni. Minn mindu bdiet il-gwerra fl-Ukrajna, aktar minn żewġ miljun tifel u tifla Ukreni fittxew kenn fl-Unjoni Ewropea. Dawn it-tfal għandhom l-istess drittijiet u protezzjoni bħat-tfal li huma ċittadini tal-UE. Qawwejna qalbna xħin rajnihom milqugħin fl-iskejjel fl-Istati Membri. Ritratti: Vihren GeorgievL-istejjer tiegħekKiril Slavov, żagħżugħ Bulgaru trux-mutu li kiber fi Stokkolma, jgħin lill-Ukreni torox-muti biex jaħarbu mill-gwerra u jerġgħu jibdew ħajjithom f’Sofija. Huwa jassistihom billi jittraduċi fil-lingwa tas-sinjali internazzjonali, u jgħinhom isibu xogħol. Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: Id-data f’din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar fil-31 ta’ Awwissu 2022 Progress f’oqsma oħraNegħlbu l-pandemijaSolidarjetà mal-UkrajnaTmexxija tat-tranżizzjoni ekoloġikaREPowerEUTmexxija tat-tranżizzjoni l-ġustaNavvanzaw id-deċennju diġitali tal-EwropaNiddefendu l-valuri tal-UEId-demografija taż-żgħażagħ u d-diversità tal-Ewropa Kisbiettal-Kummissjoni von der LeyenSir af aktar Links relatati Il-promozzjoni tal-istil ta’ ħajja Ewropew tagħnaSpinta ġdida għad-demokrazija EwropeaUgwaljanza bejn is-SessiCombatting discriminationDrittijiet tat-tfal
Il-President von der Leyen mal-Membri tal-Parlament Ewropew, u l-eks Viċi President RedingL-ugwaljanza bejn il-ġeneriL-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija valur fundamentali tal-UE. Għaxar snin wara li l-Kummissjoni pproponiet direttiva biex ittejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, il-koleġiżlaturi laħqu qbil, bis-saħħa ta’ sforz imġedded mill-Kummissjoni von der Leyen. Barra minn hekk, il-programm Orizzont Ewropa nieda l-proġett pilota dwar in-nisa TechEU biex in-nisa jkunu fuq quddiem nett tat-teknoloġija profonda.L-istess paga għall-istess xogħolId-diskriminazzjoni fil-pagi fuq il-post tax-xogħol għadha problema. Għaldaqstant, f’Marzu 2021, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal direttiva biex tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali permezz tat-trasparenza fil-pagi u l-mekkaniżmi ta’ infurzar.
Tmiem tal-vjolenza sessistaIl-vjolenza sessista tibqa’ realtà tal-biża’ għal wisq nisa fl-UE. F’Marzu 2022 il-Kummissjoni pproponiet regoli għall-UE kollha biex jintemmu l-vjolenza fuq il-bażi tal-ġeneru kontra n-nisa u l-vjolenza domestika. Id-Direttiva proposta se tikkriminalizza kemm l-istupru fuq il-bażi ta’ nuqqas ta’ kunsens kif ukoll il-mutilazzjoni ġenitali femminili. Dan se jikkriminalizza wkoll il-vjolenza ċibernetika bbażata fuq is-sess u l-ġeneru.
Ritratti: Christoph OhnweilerL-istejjer tiegħekAnna Ohnweiler hija waħda mill-fundaturi ta’ “Omas gegen rechts” (nanniet kontra l-estremiżmu), li tiġġieled kontra l-antisemitiżmu, ir-razziżmu u l-misoġinija.
Il-Garanzija Ewropea għat-Tfal tipprovdi gwida u l-mezzi biex l-Istati Membri jappoġġjaw lit-tfal fil-bżonn billi tiggarantixxi l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni, l-attivitajiet extrakurrikulari, l-ikliet skolastiċi tajbin għas-saħħa u l-kura tas-saħħa.Fl-2022 il-Kummissjoni għenet lil 10 Stati Membri biex s-sistemi edukattivi tagħhom jkunu aktar inklużivi billi appoġġat l-inklużjoni ta’ tfal b’diżabilità jew ta’ tfal vulnerabbli jew dawk li ġejjin minn kuntest ta’ migrazzjoni.
Ritratti: Vihren GeorgievL-istejjer tiegħekKiril Slavov, żagħżugħ Bulgaru trux-mutu li kiber fi Stokkolma, jgħin lill-Ukreni torox-muti biex jaħarbu mill-gwerra u jerġgħu jibdew ħajjithom f’Sofija. Huwa jassistihom billi jittraduċi fil-lingwa tas-sinjali internazzjonali, u jgħinhom isibu xogħol.