B’reazzjoni għall-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata ta’ Vladimir Putin kontra l-Ukrajna, l-UE stabbiliet sanzjonijiet mingħajr preċedent imfassla biexiċekknu l-kapaċità tal-Kremlin li jiffinanzja l-gwerrajimponu spejjeż ekonomiċi u politiċi ċari fuq l-elit politiku tar-Russjainaqqsu l-bażi ekonomika tar-Russja Is-sanzjonijiet tagħna qed inawru bil-kbir il-bażi ekonomika tar-Russja, u qed ixekklu kwalunkwe prospett li timmodernizzaha. Se nkomplu nagħmlu pressjoni fuq ir-Russja u fuq dawk li jappoġġjawha fil-kamp tal-battalja. Se nkomplu nimmiraw lejn sħab Putin. U se nimmiraw lejn dawk li jgħinu lir-Russja tevita s-sanzjonijiet jew tirrikostitwixxi l-arsenal tal-gwerra tagħha. Approċċ komprensiv għas-sanzjonijiet Sanzjonijiet fuq individwi, kumpaniji u organizzazzjonijietMiżuri dwar il-viżaProjbizzjonijiet fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoniMiżuri finanzjarji u tas-servizz tan-negozjuSanzjonijiet fuq l-enerġijaSanzjonijiet fuq it-trasportSanzjonijiet fuq oġġetti b’użu doppjuIrkupru u konfiska tal-assiNagħmlu s-sanzjonijiet effettivi L-impatt tas-sanzjonijiet Dawn il-miżuri huma intelliġenti u kkoordinati mal-alleati tagħna. Huma jimmiraw lejn l-elit politiku Russu u qed jimponu spiża diretta fuq ir-Russja għall-gwerra ta’ aggressjoni tagħha, filwaqt li jagħmlu ħsara wkoll lill-kapaċità industrijali u ekonomika tar-Russja li tmexxi gwerra, timmanifattura aktar armi, u ssewwi s-sistemi eżistenti tal-armi. Is-sanzjonijiet iċaħħdu wkoll lill-armata Russa u lill-fornituri tagħha mill-oġġetti u t-tagħmir meħtieġa biex tkompli l-gwerra tagħha fit-territorju sovran tal-Ukrajna. L-ebda waħda mis-sanzjonijiet tal-UE adottati kontra r-Russja ma tipprevjeni l-provvista ta’ ikel agrikolu, tagħmir mediku jew mediċini għall-popolazzjoni ġenerali. Il-makkinarju agrikolu minnu nnifsu lanqas mhu soġġett għal xi projbizzjoni fuq l-esportazzjoni. L-ebda waħda mis-sanzjonijiet ma mmirat lejn il-prodotti agrikoli u tal-ikel, inklużi l-qamħ u l-fertilizzanti, bejn pajjiżi terzi u r-Russja. Pakketti ta’ sanzjonijietAra l-lista sħiħa tal-miżuri Links relatati Kronoloġija tas-sanzjonijietMistoqsijiet frekwentiGħodda tal-UE għall-informaturi dwar ksur tas-sanzjonijietMiżuri restrittivi tal-UE kontra l-Belarussja