Mur għall-kontenut ewlieni

Iċ-ċiklu tal-ħajja tal-baġit annwali tal-UE 2021-2027

Esplora fid-dettall il-fażijiet differenti ta’ baġit annwali jew qabbilhom skont l-intestatura, is-subintestatura, il-programm u s-subprogramm.

Baġit annwali huwa parti waħda mill-baġit fit-tul tal-Unjoni, li jipprovdi l-limiti għall-infiq għal mill-inqas ħames snin. Din iċ-ċart interattiva ssegwi l-approprjazzjonijiet ivvutati għan-naħa tan-nefqa tal-baġit.

Skrolja lejn qiegħ il-paġna għal struzzjonijiet dettaljati dwar kif tuża ċ-ċart u tiddawnlowdja d-data. Tista’ taċċessa wkoll id-dokumenti dwar il-baġit annwali (l-adozzjoni, l-implimentazzjoni, u l-kontabbiltà u r-rappurtar) hawnhekk. Barra minn hekk, tista’ tiddawnlowdja rapport li jiġbor fil-qosor il-proċedura baġitarja kollha għal sena partikolari, li jinkludi deskrizzjonijiet ta’ x’ġara matul dik is-sena.

L-ammonti huma għal skopijiet ta’ preżentazzjoni biss. Kwalunkwe referenza formali għall-informazzjoni baġitarja għandha tkun għal dokumenti u rapporti uffiċjali tal-baġit.

Għal data relatata mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020, ara ċ-ċiklu tal-ħajja tal-baġit annwali tal-UE 2014-2020.

Kif tintuża

Id-data finanzjarja li naħżnu hija kbira u għandha ħafna livelli ta’ aggregazzjoni, għalhekk ipprovdejna tliet modi (tabs) biex inħarsu lejha:

  • informazzjoni skont il-kategoriji politiċi (“OFF MAIN”),
  • informazzjoni skont il-linja baġitarja (“OFF LBL”) u
  • informazzjoni skont il-linja baġitarja li tħares biss lejn linji b’ammonti f’riżerva (“OFF RES”).

Għal kull waħda minnhom, tista’ tuża l-filtri (eż. “year”) biex tagħżel valur wieħed jew aktar għall-wiri. L-għażla attwali tiegħek tidher fl-istrixxa blu: ikklikkjaha biex timmodifikaha, jew ikklikkja “x” biex tneħħiha. Jista’ jkun li mhux l-opzjonijiet kollha jkunu disponibbli għax jiddependi mill-għażla attwali tiegħek: jekk ma jkunx possibbli li jintgħażel valur, dan jidher fi sfond griż skur.

Taħt kull tab, tista’ tagħżel waħda mill-modi ta’ wiri li ġejjin: flimkien (approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament), approprjazzjonijiet ta’ impenn biss, jew approprjazzjonijiet ta’ pagament biss.

Tista’ tiddawnlowdja d-data mill-għażla attwali tiegħek billi tuża l-buttuna “Download the selected data”. Tista’ wkoll tiddawnlowdja s-sett tad-data kollu (OFF MAIN, OFF LBL, OFF RES).

Iddawnlowdjar

Tista’ tiddawnlowdja d-data mill-għażla attwali tiegħek billi tuża l-buttuna “Download the selected data”. Tista’ wkoll tiddawnlowdja s-sett tad-data kollu (OFF MAIN, OFF LBL, OFF RES) hawn taħt.

Pubblikazzjonijiet ġenerali14 Diċembru 2023
ABL_2021-2027

Entire dataset of the Annual Budget Lifecycle of the MFF 2021 - 2027 (OFF MAIN, OFF LBL, OFF RES).

 

Barra minn hekk, tista’ tiddawnlowdja rapport li jiġbor fil-qosor il-proċedura baġitarja kollha għal sena partikolari, pereżempju Teletab 2021.

Informazzjoni dwar iċ-ċiklu tal-ħajja tal-baġit annwali

Iċ-ċiklu tal-ħajja tal-baġit annwali tal-UE huwa ta’ madwar tliet snin. L-istituzzjonijiet baġitarji (il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) iħejju, jiddiskutu u jadottaw il-baġit annwali (proċedura baġitarja annwali) fis-sena finanzjarja n-1. Imbagħad, il-baġit se jiġi implimentat fis-sena n. Jista’ jiġi emendat ukoll matul is-sena finanzjarja (n). Matul is-sena n+1, dan jiġi vvalutat.

L-ammonti jirreferu għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament ivvutati skont is-sena finanzjarja. Dawn huma espressi f’miljuni ta’ euro f’OFF MAIN, u fil-livell ta’ euro f’OFF LBL u OFF RES.

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti, jekk jogħġbok żur dan is-sit web.