
Il-Kummissjoni Ewropea adottat ir-rapporti tal-2023 dwar it-tkabbir. Dawn ir-rapporti jagħtu ħarsa mill-qrib lejn il-progress li sar mill-pajjiżi li jixtiequ jsiru membri tal-Unjoni Ewropea. Il-punti ewlenin jinkludu r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni biex jinfetħu negozjati ta’ adeżjoni mal-Ukrajna u l-Moldova. Saret rakkomandazzjoni simili għall-Bożnija-Ħerzegovina bil-kundizzjoni li l-pajjiż jissodisfa ċerti kriterji. Min-naħa l-oħra, il-Georgia għandha tingħata status ta’ kandidat.
L-Ukrajna, il-Moldova u l-Georgia huma inklużi fil-valutazzjoni għall-ewwel darba, filwaqt li hemm ukoll aġġornamenti dwar il-pajjiżi kandidati li ġejjin
- L-Albanija
- Il-Bożnija-Ħerzegovina
- Il-Kosovo
- Il-Montenegro
- Il-Maċedonja ta’ Fuq
- Is-Serbja
- It-Turkija
Ir-rapporti jiffukaw fuq il-progress tagħhom fl-implimentazzjoni tar-riformi fundamentali meħtieġa biex jikkwalifikaw għas-sħubija fl-UE. Huma jipprovdu wkoll pariri għall-prijoritajiet ta’ riforma li ġejjin.
Kwalunkwe pajjiż Ewropew li jirrispetta l-valuri demokratiċi tal-UE u li huwa impenjat li jippromwovihom jista’ japplika għas-sħubija fl-UE. Biex jissieħeb fl-UE, il-pajjiż kandidat irid jissodisfa sett ta’ kriterji politiċi u ekonomiċi. Ladarba jitlestew in-negozjati dwar l-oqsma kollha ta’ politika, u l-UE nnifisha tkun lesta għat-tkabbir f’termini ta’ kapaċità ta’ assorbiment, it-termini u l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni — inklużi klawżoli ta’ salvagwardja u arranġamenti tranżitorji possibbli — jiġu inkorporati fi trattat tal-adeżjoni. Dan it-trattat jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u l-approvazzjoni unanima tal-Istati Membri kollha tal-UE. It-Trattat imbagħad jiġi ffirmat u rratifikat mill-partijiet kollha, l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiż kandidat.
Għal aktar informazzjoni
Skeda informattiva li tispjega l-proċess tal-adeżjoni mal-UE pass pass
Ewropa Aktar b’Saħħitha fid-Dinja
Skeda informattiva dwar l-Albanija
Skeda informattiva dwar il-Bożnija-Ħerzegovina
Skeda informattiva dwar il-Kosovo
Skeda informattiva dwar il-Montenegro
Skeda informattiva dwar il-Maċedonja ta’ Fuq
Skeda informattiva dwar is-Serbja
Skeda informattiva dwar it-Turkija
Skeda informattiva dwar l-Ukrajna
- Data tal-pubblikazzjoni
- 8 Novembru 2023
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Aħbarijiet relatati
The European Commission has taken stock of the progress made over the past year by countries looking to join the EU and set out reform priorities for the way forward.
Il-Kummissjoni Ewropea rrevediet l-azzjonijiet meħtieġa biex l-UE u l-pajjiżi li qed ifittxu li jissieħbu fl-UE jkunu ppreparati għal tkabbir futur.
Tgħallem dwar il-progress fl-adeżjoni mal-UE tal-Georgia, tal-Moldova, tat-Turkija, tal-Ukrajna, tal-Albanija, tal-Bożnija-Ħerzegovina, tal-Kosovo, tal-Montenegro, tal-Maċedonja ta’ Fuq, u tas-Serbja
Fl-aħħar rapport annwali tagħha dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kummissjoni Ewropea teżamina l-iżviluppi fir-rigward tal-istat tad-dritt fil-pajjiżi kollha tal-UE, kif ukoll f’erba’ pajjiżi tat-tkabbir — l-Albanija, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, u s-Serbja.