
Il-Kummissjoni Ewropea adottat ir-rapporti tal-2023 dwar it-tkabbir. Dawn ir-rapporti jagħtu ħarsa mill-qrib lejn il-progress li sar mill-pajjiżi li jixtiequ jsiru membri tal-Unjoni Ewropea. Il-punti ewlenin jinkludu r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni biex jinfetħu negozjati ta’ adeżjoni mal-Ukrajna u l-Moldova. Saret rakkomandazzjoni simili għall-Bożnija-Ħerzegovina bil-kundizzjoni li l-pajjiż jissodisfa ċerti kriterji. Min-naħa l-oħra, il-Georgia għandha tingħata status ta’ kandidat.
L-Ukrajna, il-Moldova u l-Georgia huma inklużi fil-valutazzjoni għall-ewwel darba, filwaqt li hemm ukoll aġġornamenti dwar il-pajjiżi kandidati li ġejjin
- L-Albanija
- Il-Bożnija-Ħerzegovina
- Il-Kosovo
- Il-Montenegro
- Il-Maċedonja ta’ Fuq
- Is-Serbja
- It-Turkija
Ir-rapporti jiffukaw fuq il-progress tagħhom fl-implimentazzjoni tar-riformi fundamentali meħtieġa biex jikkwalifikaw għas-sħubija fl-UE. Huma jipprovdu wkoll pariri għall-prijoritajiet ta’ riforma li ġejjin.
Kwalunkwe pajjiż Ewropew li jirrispetta l-valuri demokratiċi tal-UE u li huwa impenjat li jippromwovihom jista’ japplika għas-sħubija fl-UE. Biex jissieħeb fl-UE, il-pajjiż kandidat irid jissodisfa sett ta’ kriterji politiċi u ekonomiċi. Ladarba jitlestew in-negozjati dwar l-oqsma kollha ta’ politika, u l-UE nnifisha tkun lesta għat-tkabbir f’termini ta’ kapaċità ta’ assorbiment, it-termini u l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni — inklużi klawżoli ta’ salvagwardja u arranġamenti tranżitorji possibbli — jiġu inkorporati fi trattat tal-adeżjoni. Dan it-trattat jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u l-approvazzjoni unanima tal-Istati Membri kollha tal-UE. It-Trattat imbagħad jiġi ffirmat u rratifikat mill-partijiet kollha, l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiż kandidat.
Għal aktar informazzjoni
Skeda informattiva li tispjega l-proċess tal-adeżjoni mal-UE pass pass
Ewropa Aktar b’Saħħitha fid-Dinja
Skeda informattiva dwar l-Albanija
Skeda informattiva dwar il-Bożnija-Ħerzegovina
Skeda informattiva dwar il-Kosovo
Skeda informattiva dwar il-Montenegro
Skeda informattiva dwar il-Maċedonja ta’ Fuq
Skeda informattiva dwar is-Serbja
Skeda informattiva dwar it-Turkija
Skeda informattiva dwar l-Ukrajna
- Data tal-pubblikazzjoni
- 8 Novembru 2023
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni