Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet miżuri ġodda biex tiffranka lill-kumpaniji tal-UE €400 miljun oħra fi spejjeż amministrattivi annwali. B’kategorija ġdida ta’ kumpaniji — l-hekk imsejħin kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja — il-miżuri se jiffaċilitaw l-obbligi tal-konformità u b’hekk jilliberaw ir-riżorsi għat-tkabbir u għall-investimenti.Meta l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jikbru u jaqbżu l-250 impjegat, isiru impriżi kbar u jiffaċċjaw żieda qawwija fl-obbligi tal-konformità. Dan jista’ jiskoraġġixxi t-tkabbir u jillimita l-kompetittività. Il-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja huma kumpaniji b’inqas minn 750 impjegat u li jkollhom fatturat sa €150 miljun jew inkella assi totali sa €129 miljun. Kważi 38,000 kumpanija fl-UE li jaqgħu f’din il-kategorija se jiksbu aċċess għal ċerti benefiċċji tal-SMEs jew għal regoli simplifikati.Miżuri ewlenin oħrajn jinkludul-eżenzjoni ta’ madwar 10,000 kumpanija, fl-2026 biss, mir-reġistrazzjoni tal-gass fluworurat b’effett ta’ serrais-simplifikazzjoni tal-obbligi taż-żamma tar-rekords fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR, General Data Protection Regulation)l-eliminazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ konformità, struzzjonijiet għall-użu, u affarijiet oħrajn ibbażati fuq il-karta, u b’hekk titħaffef it-tranżizzjoni diġitalimodi aktar faċli biex jintwera li l-prodotti jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-UE, anke meta ma jkunux disponibbli standards armonizzati fl-UE kollhaintroduzzjoni aktar gradwali tal-obbligi tad-diliġenza dovuta għall-industrija tal-batteriji.Il-Kummissjoni qed taħdem biex tnaqqas il-burokrazija bla bżonn u toħloq kundizzjonijiet regolatorji li jixprunaw l-innovazzjoni, it-tkabbir, l-impjiegi ta’ kwalità, u l-investiment. Għandha l-għan li sal-2029 tkun issimplifikat ir-regoli u naqqset il-piżijiet amministrattivi b’25% għan-negozji u b’35%għall-SMEs. Din il-proposta tissejjaħ ir-raba’ pakkett ta’ simplifikazzjoni Omnibus. Li jmiss huwa ppjanat għal Ġunju 2025 u se jiffoka fuq id-difiża.Għal aktar informazzjoniStqarrija għall-istampa: Omnibus IVMistoqsijiet u tweġibiet: Omnibus IV dwar is-simplifikazzjoniSkeda informattiva: Omnibus IVPakketti ta’ simplifikazzjoni preċedenti: l-ewwel pakkett, it-tieni pakkett, u t-tielet pakkettIl-kompetittività Dettalji Data tal-pubblikazzjoni21 Mejju 2025AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni