Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Id-dritt għat-tiswija: Drittijiet ġodda tal-konsumatur għal tiswijiet faċli u attraenti

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 31 Lulju 2026
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari
Male technician explains problem with dishwasher to woman

 

Għal ħafna snin, kien jagħmel iktar sens għan-nies li jarmu prodott miksur jew difettuż u jissostitwuh b’wieħed ġdid, milli li jsewwuh. Dan iġġenera ammont sostanzjali ta’ skart u konsum tar-riżorsi bla bżonn. 

Mill-31 ta’ Lulju 2026 dan se jinbidel, u se jkun possibbli li jiġi estiż iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u tinħoloq sistema li tiffavorixxi t-tiswija ta’ prodott minflok ix-xiri ta’ wieħed ġdid. Dan se japplika għall-prodotti domestiċi u elettroniċi bħall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ, il-vacuum cleaners, il-mowbajls, it-tablets u l-bqija. 

Dawn ir-regoli l-ġodda se jirriżultaw fi ffrankar għall-konsumaturi, se jagħtu spinta lill-ekonomija ċirkolari u se jappoġġaw l-objettivi tal-konsum sostenibbli. B’mod konkret, fost affarijiet oħra, se

  • jipprovdu lill-konsumaturi bid-dritt li jitolbu li l-manifatturi jsewwu prodotti li teknikament jistgħu jissewwew skont id-dritt tal-UE. Barra minn hekk, it-tiswija trid issir b’xejn jew bi prezz raġonevoli, fi żmien raġonevoli, biex jitħeġġu t-tiswijiet.
  • jestendu b’mill-inqas 12-il xahar il-garanzija legali tal-prodott, meta l-konsumatur jagħżel li jsewwi prodott minflok jissostitwih fil-perjodu ta’ responsabbiltà
  • jirrikjedu li l-manifatturi jipprovdu informazzjoni faċilment aċċessibbli dwar is-servizzi tat-tiswija, kif ukoll aċċess għall-ispare parts bi prezz raġonevoli

Huwa mistenni li dawn ir-regoli l-ġodda se jiġġeneraw €4.8 biljun fi tkabbir u investiment fl-UE. 

Pjattaforma Ewropea online ġdida tat-tiswijiet, li għandha ssir operattiva fl-2027, se tippermetti lill-konsumaturi jsibu sewwejja xierqa b’mod iktar faċli. Il-pjattaforma se jkollha taqsimiet għal kull pajjiż tal-UE.

Għal iktar informazzjoni

Il-konsum sostenibbli fl-UE

L-ekonomija ċirkolari tal-UE

 

Data tal-pubblikazzjoni
31 Lulju 2026
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni