Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet miżuri ġodda biex tnaqqas il-burokrazija u tiffaċilita l-investiment ta’ € 800 biljun li l-pajjiżi tal-UE jeħtieġu biex jiżguraw li l-industriji tad-difiża tagħhom ikunu jistgħu jwasslu dak li hu meħtieġ malajr u fuq skala kbira. Il-miżuri jibnu fuq il-viżjoni stabbilita fil-White Paper dwar it-Tħejjija Ewropea għad-Difiża 2030 li identifikat is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tar-regoli bħala mod essenzjali biex tingħata spinta lit-tħejjija tad-difiża tal-Ewropa.Magħrufa bħala l-omnibus tat-tħejjija għad-Difiża, il-miżuri se jiffaċilitaw l-investimenti fil-kapaċitajiet tad-difiża, jipprovdu prevedibbiltà akbar lill-industrija, u jagħmluha aktar faċli li jiġi aċċessat il-finanzjament tal-UE. B’mod speċifiku, dawn se:jintroduċu reġim rapidu ta’ permessi għall-proġetti tad-difiża madwar l-UE biex b’hekk jitnaqqas il-perjodu ta’ żmien tal-proċess għall-għoti ta’ permessi għal 60 jum u jiġu stabbiliti punti uniċi ta’ kuntatt fil-pajjiżi tal-UE għall-industrija tad-difiżainaqqsu l-piż amministrattiv fil-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF, European Defence Fund) għall-applikanti u l-parteċipanti, u tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni akbar ta’ entitajiet Ukreni fl-EDFiħeġġu x-xiri konġunt u ż-żieda tal-limiti massimi tal-kuntratti biex jiġi ffaċilitat l-akkwist u jitħaffu t-trasferimenti transfruntiera tal-prodotti tad-difiżajiċċaraw l-applikazzjoni ta’ regoli eżistenti fl-UE kollha bħal-liġijiet dwar il-kompetizzjoni jew l-ambjentl-iżgurar li r-regolamenti dwar is-sustanzi kimiċi jakkomodaw il-ħtiġijiet tad-difiżaitejbu l-aċċess għall-finanzjament billi jissimplifikaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà ta’ InvestEU, jipprovdu gwida dwar investimenti sostenibbli fid-difiża u jiċċaraw il-kunċett ta’ armi pprojbiti Il-proposta tinkorpora feedback minn konsultazzjoni pubblika mnedija f’Marzu 2025 u tinkludi kontribut mid-Djalogu Strateġiku tal-President von der Leyen mal-industrija Ewropea tad-difiża f’Mejju. Bħala l-pass li jmiss, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser jinnegozjaw l-Omnibus dwar it-Tħejjija għad-Difiża.Għal aktar informazzjoniL-Industrija tad-Difiża tal-UEEra ġdida għad-difiża u s-sigurtà tal-EwropaSe naġixxu fil-qasam tad-difiża biex nipproteġu lill-EwropejStqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tipproponi s-simplifikazzjoni biex tħaffef l-investimenti fil-qasam tad-difiża fl-UE Dettalji Data tal-pubblikazzjoni17 Ġunju 2025AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni