
Il-migrazzjoni trid tiġi mmaniġġjata b’mod uman u dinjituż u l-aħħar ftehimiet milħuqa llum mill-UE dwar il-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil jikkostitwixxu avvanz kbir lejn sistema komuni għall-ġestjoni tal-migrazzjoni fl-UE.
Illum, intlaħaq qbil dwar ħames files ewlenin tal-Patt. Dawn il-miżuri
- se jistabbilixxu mekkaniżmu ġdid ta’ solidarjetà fost il-pajjiżi tal-UE biex jinqasam l-ammont ta’ applikazzjonijiet għall-ażil bejniethom
- se jagħmlu l-proċeduri tal-ażil, tar-ritorn u tal-fruntieri aktar effettivi u flessibbli
- se jiżguraw li l-UE tkun ippreparata fil-futur biex tiffaċċja sitwazzjonijiet ta’ kriżi
- se tinġabar data aktar preċiża biex jiġu identifikati movimenti mhux awtorizzati
- se joħolqu regoli uniformi dwar l-identifikazzjoni ta’ ċittadini mhux tal-UE, u b’hekk tiżdied is-sigurtà fiż-żona Schengen
Il-Ftehim li ntlaħaq illum jirrifletti l-impenn li l-migrazzjoni tiġi mmaniġġjata b’mod ġust u ordnat, li jippermetti lill-UE timxi minn soluzzjonijiet ad hoc għal soluzzjonijiet fit-tul u sostenibbli. Filwaqt li timxi ’l quddiem, il-Kummissjoni hi impenjata li tiżgura qbil dwar il-files kollha tal-Patt sa tmiem dan il-mandat leġiżlattiv f’Ġunju 2024.
Għal aktar informazzjoni
- Data tal-pubblikazzjoni
- 20 Diċembru 2023
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Aħbarijiet relatati
L-iffaċilitar tal-migrazzjoni legali biex tingħata spinta lill-kompetittività tal-UE permezz tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE u d-Direttiva riveduta dwar il-Permess Uniku
Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat strateġija ġdida ta’ ħames snin dwar il-migrazzjoni. li se tgħin biex torjenta l-ħidma futura tal-UE dwar l-ażil u l-migrazzjoni bi prijoritajiet konkreti, b’mod partikulari billi ssostni t-tnaqqis fil-wasliet illegali, filwaqt li fl-istess ħin tinkoraġġixxi perkorsi legali lejn l-UE.
Il-Kummissjoni Ewropea ressqet abbozz tal-baġit annwali tal-UE għall-2026.
Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li tgħin lill-pajjiżi tal-UE jżidu r-rati ta’ ritorn filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali billi jistabbilixxu sistema komuni tar-ritorn tal-UE.