X’inhu l-Istat tal-Unjoni?
Kull sena, f’Settembru, il-President tal-Kummissjoni Ewropea tagħmel id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni lill-Parlament Ewropew. Din għaliha hija opportunità biex tispjega l-viżjoni tagħha għall-UE, tagħti rendikont tal-kisbiet, u tħabbar inizjattivi ewlenin li għad iridu jittieħdu.
Fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni fl-10 ta’ Settembru 2025, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, tkellmet dwar il-prijoritajiet ewlenin u l-proġetti l-aktar importanti għas-sena li ġejja, li huma bbażati fuq il-progress li għamlet l-UE f’dawn l-aħħar snin.
L-inizjattivi proposti
Fid-diskors tagħha, il-President Ursula von der Leyen iddeskriviet il-prijoritajiet ewlenin u l-inizjattivi l-aktar importanti għas-sena li ġejja.
- Il-kompetittività
- Il-Pjan Direzzjonali għas-Suq Uniku sal-2028
- L-Att għall-Aċċellerazzjoni Industrijali
- Il-pakketti Omnibus
- It-28 reġim u l-Att Ewropew għall-Innovazzjoni
- Il-Pakkett dwar il-Grilji Ewropej
- L-Att tal-UE dwar l-Iżvilupp tal-Cloud u tal-IA
- Id-difiża u s-sigurtà
- L-inizjattiva tal-Għassa tan-Naħa tal-Lvant
- Il-Pjan Direzzjonali għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea u għas-Semestru Ewropew tad-Difiża
- L-emenda tar-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta
- Regoli ġodda dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u reġim ġdid ta’ sanzjonijiet kontra l-faċilitaturi tad-dħul klandestin ta’ bnedmin u t-traffikanti
- Ir-reviżjoni tar-Regolament dwar l-Europol
- Il-ġustizzja soċjali Ewropea
- L-Istrateġija għar-Reġjuni Ultraperiferiċi u l-Aġenda għall-Ibliet
- L-Inizjattiva dwar it-trasferibbiltà tal-ħiliet
- Il-Pjan għal Akkomodazzjoni Affordabbli
- L-istrateġija tal-UE kontra l-faqar
- L-Att dwar l-Impjiegi ta’ Kwalità
- L-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri
- Il-kwalità tal-ħajja
- Il-Pjan Ewropew ta’ Adattament għat-Tibdil fil-Klima
- L-Inizjattiva dwar it-Tiġdid Ġenerazzjonali tal-Biedja
- L-Istrateġija dwar il-bhejjem li tinkludi elementi dwar il-benesseri tal-annimali
- Il-Pakkett Omnibus dwar l-ikel
- L-Att dwar l-Oċeani
- Id-demokrazija u l-valuri tagħna
- It-Tarka Ewropea għad-demokrazija
- L-Att dwar l-Ekwità Diġitali
- Il-Programm għar-Reżiljenza tal-Midja
- L-istrateġija kontra l-korruzzjoni
- Il-pjan ta’ azzjoni kontra l-bullying ċibernetiku
- Ewropa globali
- Il-Komunikazzjoni Umanitarja
- Il-Patt għall-Mediterran
- L-Aġenda Strateġika UE-Indja
L-ittra ta’ intenzjoni
Il-President von der Leyen bagħtet ittra ta’ intenzjoni lill-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, u lill-Prim Ministru tad-Danimarka, Mette Frederiksen, li pajjiżu bħalissa għandu l-Presidenza tal-Kunsill. Fiha tat dettalji dwar l-azzjonijiet li l-Kummissjoni kienet beħsiebha tieħu fis-sena li jmiss permezz ta’ leġiżlazzjoni u inizjattivi oħrajn.
- 10 SETTEMBRU 2025
- български(677.71 KB - PDF)
- español(673.87 KB - PDF)
- čeština(726.62 KB - PDF)
- dansk(673.66 KB - PDF)
- Deutsch(697.48 KB - PDF)
- eesti(673.71 KB - PDF)
- ελληνικά(686.79 KB - PDF)
- English(333.09 KB - PDF)
- français(261.31 KB - PDF)
- Gaeilge(674.33 KB - PDF)
- hrvatski(694.11 KB - PDF)
- italiano(301.69 KB - PDF)
- latviešu(676.96 KB - PDF)
- lietuvių(290.13 KB - PDF)
- magyar(678.92 KB - PDF)
- Nederlands(676.08 KB - PDF)
- polski(285.51 KB - PDF)
- português(675.88 KB - PDF)
- română(699.51 KB - PDF)
- slovenčina(700.09 KB - PDF)
- slovenščina(298.36 KB - PDF)
- suomi(694.37 KB - PDF)
- svenska(675.19 KB - PDF)
l-ewwel sena fil-kariga
Minn Diċembru 2024 ’l hawn, il-Kummissjoni Ewropea l-ġdida ffukat li tagħmel l-Ewropa aktar b’saħħitha u aktar reżiljenti. Tat spinta lill-ekonomija, investiet fil-ħiliet u fl-akkomodazzjoni, u tat sostenn għall-innovazzjoni f’oqsma bħat-teknoloġija nadifa u l-intelliġenza artifiċjali. Fl-istess ħin, l-UE approfondiet is-sħubijiet globali, ħadet aktar responsabbiltà għad-difiża tagħha stess, u baqgħet bis-sħiħ spalla ma’ spalla mal-Ukrajna.
