
Kemm jekk f’xi lag fil-Finlandja, f’xi bajja fi gżira tal-Eġew jew fil-port ta’ Copenhagen, x’aktarx li qed tippjana li taqbeż qabża das-sajf. Imma l-ilma sikur? Skont l-aħħar valutazzjoni Ewropea tal-ilma għall-għawm għall-istaġun tal-għawm tal-2024, iva, x’aktarx li huwa! Ir-rapport skopra li aktar minn 85 % tal-postijiet issorveljati ġew ikklassifikati “eċċellenti” fl-istandards tal-kwalità tal-ilma għall-għawm tal-Unjoni Ewropea s-sena l-oħra. U mill-inqas, 96 % tal-ilmijiet għall-għawm kollha identifikati uffiċjalment fl-UE ssodisfaw l-istandards minimi ta’ kwalità.
Ir-rapport ivvaluta aktar minn 22,000 post tal-għawm madwar is-27 pajjiż tal-UE, kif ukoll fl-Albanija u l-Iżvizzera. F’ħames pajjiżi — Ċipru, il-Bulgarija, il-Greċja, l-Awstrija u l-Kroazja — 95 % jew aktar tal-ilmijiet għall-għawm kienu ta’ kwalità eċċellenti. 1.5 % biss tal-ilmijiet għall-għawm tal-UE nstabu li kienu ta’ kwalità fqira.
Il-kwalità tal-ilma għall-għawm fil-bajjiet madwar l-Ewropa tjiebet b’mod sinifikanti matul l-aħħar ftit deċennji, l-aktar bis-saħħa tal-politiki u l-azzjonijiet tal-UE mill-pajjiżi tal-UE. Id-Direttiva tal-UE dwar l-Ilma għall-Għawm tirrekjedi monitoraġġ batterjoloġiku sistematiku tal-ilmijiet għall-għawm tal-UE u l-pajjiżi tal-UE investew ħafna fl-impjanti tat-trattament tal-ilma urban mormi.
L-ilmijiet għall-għawm tal-Ewropa huma ħafna aktar sikuri bis-saħħa ta’ dan it-titjib fit-trattament tal-ilma mormi. Batterji Escherichia coli – jew E. coli – u enterokokki intestinali jistgħu jniġġsulna l-ilma tal-għawm u joħolqu riskju għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-preżenza potenzjali ta’ patoġeni. Normalment, dawn il-batterji jirriżultaw minn ilma mormi mhux trattat jew demel li jispiċċa f’ilmijiet għall-għawm, pereżempju, wara xita qawwija.
Għalkemm il-biċċa l-kbira tal-ilmijiet għall-għawm tal-Ewropa jinsabu f’kundizzjoni eċċellenti, it-tniġġis tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art għadu sinifikanti u jista’ jiġi aggravat mill-klima li qed tinbidel. It-titjib tar-reżiljenza tal-ilma għan-nies u għall-ambjent fis-snin li ġejjin se jkun kruċjali.
Għal aktar informazzjoni
Il-kwalità tal-ilma tal-għawm Ewropew fl-2024
Mappa interattiva — L-istat tal-ilmijiet għall-għawm fl-2024
- Data tal-pubblikazzjoni
- 24 Lulju 2025
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Aħbarijiet relatati
The report shows that Europe urgently needs to invest in its health systems to improve Europeans’ healthcare. This would also boost competitiveness, thanks to a healthy workforce.
Fl-aħħar rapport annwali tagħha dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kummissjoni Ewropea teżamina l-iżviluppi fir-rigward tal-istat tad-dritt fil-pajjiżi kollha tal-UE, kif ukoll f’erba’ pajjiżi tat-tkabbir — l-Albanija, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, u s-Serbja.
On 25 June 2025, the EU is co-hosting - with the Gates Foundation - the Gavi 6.0 Pledging Summit. It will bring together global leaders from government, partner organisations, vaccine manufacturers, civil society, and the private sector, to secure crucial investment in vaccination programmes.
Kull ċittadin tal-UE jistħoqqlu l-aħjar kura tal-kanċer possibbli. Hekk kif niċċelebraw il-Ġimgħa Ewropea Kontra l-Kanċer (mill-25 sal-31 ta’ Mejju), il-Kummissjoni Ewropea tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha li tikseb unjoni tas-saħħa Ewropea li tipprovdi kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja għal kulħadd.