Essenzjali għall-ħajja
L-ilma huwa riżorsa essenzjali.
Isostni l-istil tal-ħajja tagħna, l-ekonomija tagħna u l-ikel tagħna. Iżda llum il-ġurnata, il-provvista tal-ilma tagħna tinsab mhedda.
L-Ewropa jeħtieġ tiżgura s-sigurtà tal-ilma u tkun ippreparata għad-diżastri relatati mal-ilma. Sal-2030, id-domanda dinjija għall-ilma se taqbeż ir-riżorsi disponibbli b’40%, u jeħtieġ isiru sforzi biex jiġu żgurati kemm id-disponibbiltà kif ukoll il-kwalità tiegħu madwar id-dinja kollha.
Huwa proprju għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea żviluppat strateġija għar-reżiljenza tal-ilma biex tgħin lill-UE ttejjeb il-mod kif timmaniġġja l-ilma filwaqt li tagħmel in-negozji tagħna aktar kompetittivi u innovattivi.

Kont taf?
- Ilma nadif
L-ilma tax-xorb sikur u s-sanitazzjoni huma drittijiet fundamentali tal-bniedem.
- Impatt fuq is-saħħa
Is-sustanzi niġġiesa persistenti ħafna, bħas-sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati (PFAS, perfluoroalkyl and polyfluoroalkyl substances) għadhom qed jakkumulaw fl-ilmijiet tal-UE. L-impatti li jħallu fuq is-saħħa huma stmati li jiswew bejn €52 u €84 biljun fis-sena.
- Opportunità ta’ negozju
L-Ewropa hija minn ta’ quddiem nett fid-dinja fejn tidħol it-teknoloġija tal-ilma, u għandha 40% tal-privattivi tad-dinja. L-industrija tal-ilma tagħha tiġġenera €107 biljun u tappoġġa 1.7 miljun impjieg.
Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 20 Jannar 2026
