
Illum se jibda panel ta’ diskussjoni bejn il-Kummissjoni u 150 ċittadin magħżul b’mod aleatorju, li jagħti ħarsa lejn il-baġit il-ġdid. Tal-lum se tkun l-ewwel minn tliet sessjonijiet u se tgħin lill-UE tiddeċiedi kif tonfoq flusha fil-futur.
Is-sessjoni fiżika se ssir bejn it-28 u t-30 ta’ Marzu u se tkun segwita mit-tieni sessjoni online (bejn il-25 u s-27 ta’ April) u t-tielet u l-aħħar sessjoni fi Brussell (bejn is-16 u t-18 ta’ Mejju). Dawn id-diskussjonijiet huma parti mill-Panels taċ-ċittadini Ewropej li permezz tagħhom iċ-ċittadini jinvolvu ruħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE u jsemmgħu leħinhom dwar il-proċess tat-tfassil tal-politiki tal-UE.
Sa tmiem is-sessjoni tal-għeluq, il-parteċipanti, li ġejjin mis-27 Stat Membru kollha tal-UE u li jirrappreżentaw id-diversità tal-UE, se jħejju sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet li se jappoġġaw ħidmet il-Kummissjoni dwar il-baġit tal-UE. Fl-istess waqt, il-Pjattaforma għall-involviment taċ-ċittadini, li hi pjattaforma ta’ diskussjoni online, hi disponibbli għall-kontributi mill-pubbliku ġenerali.
Il-baġit fit-tul tal-UE, magħruf ukoll bħala l-qafas finanzjarju pluriennali, jiddefinixxi d-daqs tal-baġit u fiex se jintefaq għal diversi snin. Il-Kummissjoni se tagħmel l-ewwel proposta għal dal-baġit il-ġdid f’Lulju 2025, li eventwalment se jieħu post il-baġit fit-tul attwali li beda fl-2021 u se jintemm fl-2027.
Għal aktar informazzjoni
Ħarsa ġenerali lejn il-Panel taċ-ċittadini Ewropej dwar il-baġit il-ġdid tal-UE
- Data tal-pubblikazzjoni
- 28 Marzu 2025
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Aħbarijiet relatati
Beda staġun ġdid ta’ panels taċ-ċittadini, u saret fi Brussell l-ewwel sessjoni tal-Panel taċ-Ċittadini dwar ir-Reżiljenza Demokratika. Sir af aktar.
Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għal <strong>baġit fit-tul ambizzjuż tal-UE</strong>, l-hekk imsejjaħ Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), li se jkopri l-perjodu mill-2028 sal-2034.
Il-proposta inizjali tal-Kummissjoni għall-baġit fit-tul li jmiss tal-UE issa hija disponibbli. Il-baġit fit-tul – magħruf bħala l-qafas finanzjarju pluriennali – jiddefinixxi l-prijoritajiet tal-infiq tal-UE għal diversi snin.
Aqra dwar il-modi kif iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jinvolvu ruħhom u jinfluwenzaw it-tfassil tal-politika fl-UE, mill-għajnuna biex jinbdew proposti ġodda għad-dibattitu dwar il-politiki eżistenti