Mur għall-kontenut ewlieni

Benefiċċji tal-baġit tal-UE

Kif il-pajjiżi, in-nies u n-negozji jibbenefikaw mill-baġit tal-UE 2021-2027.

Il-baġit tal-UE

Il-baġit tal-UE jgħaqqad ir-riżorsi fil-livell Ewropew. Minbarra li jiffinanzja l-prijoritajiet tal-UE, il-baġit tal-UE jiffinanzja wkoll proġetti kbar ta’ infrastruttura u riċerka. Jgħin ukoll biex jiġu ffinanzjati r-risponsi għall-isfidi li jmorru lil hinn mill-fruntieri tagħha, bħall-pandemija tal-coronavirus, it-tibdil fil-klima u t-theddida tat-terroriżmu.

Il-baġit tal-UE hu komplementari għall-baġits nazzjonali tal-pajjiżi nazzjonali tal-UE: jevita d-duplikazzjoni tal-isforzi u jopera meta jkun aktar effettiv li jintefqu l-flus fil-livell tal-UE milli fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali.

Il-baġit tal-UE huwa wkoll dwar is-solidarjetà – jippermetti lill-UE tappoġġja Stati Membri inqas sinjuri fl-iżvilupp ekonomiku tagħhom. Bis-saħħa tiegħu, l-UE tista’ tagħti daqqa t’id lill-pajjiżi tal-UE meta jintlaqtu minn diżastri naturali.

Is-solidarjetà tfisser ukoll li tappoġġja l-ġirien tiegħek jew pajjiżi terzi oħra, u tgħin biex ittejjeb il-ħajja taċ-ċittadini tagħhom. Il-baġit tal-UE jippermetti lill-UE żżomm u saħansitra ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala attur globali u li tibqa’, flimkien mal-Istati Membri tagħha, l-ikbar donatur ewlieni fid-dinja għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja.

Ara l-filmat

Indirizzar tal-kriżi tal-coronavirus

Il-Kummissjoni Ewropea ħadet firxa wiesgħa ta’ miżuri biex twieġeb għall-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-coronavirus, bħal pereżempju

  • l-għoti ta’ self sa €100 biljun għal skemi ta’ impjieg fuq perjodu ta’ żmien qasir taħt il-programm SURE
  • il-ħolqien tal-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus (CRII) u l-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus (CRII+) biex il-pajjiżi tal-UE jkunu jistgħu jużaw il-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni biex jappoġġjaw is-setturi l-aktar f’riskju mill-pandemija
  • l-iffirmar ta’ kuntratti ma’ sitt kumpaniji farmaċewtiċi biex jiġi żgurat li n-nies ikollhom aċċess għall-vaċċini kontra l-COVID-19
  • il-mobilizzazzjoni ta’ €2.7 biljun taħt l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza biex tgħin lill-pajjiżi tal-UE jtaffu l-ispiża finanzjarja immedjata tal-pandemija
  • l-għoti ta’ €806.9 biljun fi prezzijiet attwali  taħt il-fond ta’ rkupru, in-NextGenerationEU, biex jgħin iġib irkupru aktar ekoloġiku, aktar diġitali u aktar sostenibbli

Rispons tal-UE għall-pandemija tal-coronavirus

Kulħadd jibbenefika mill-baġit tal-UE

Il-baġit tal-UE mhuwiex u qatt ma kien dwar li trodd lura skont kemm tirċievi jew viċeversa. Dejjem kien jikkonċerna l-ġbir tar-riżorsi, l-għaqda kontra l-isfidi komuni u l-ħolqien ta’ valur miżjud tal-UE. Dejjem kien dwar l-għajnuna biex l-Ewropej jgħixu ħajja aħjar.

In-narrattiva dwar kemm kull pajjiż tal-UE qed jikseb mill-baġit meta mqabbel ma’ kemm qed jikkontribwixxi hi għalhekk żbaljata. Din in-narrattiva ma tqisx il-benefiċċji tal-Istati Membri mis-suq uniku. Lanqas ma tkejjel l-opportunitajiet ta’ negozju li l-politika ta’ koeżjoni – il-politika ewlenija ta’ investiment tal-UE – toħloq għan-negozji minn madwar l-Unjoni. L-UE tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-ekonomiji tal-Istati Membri tagħha u dan huwa kompletament injorat f’dawn il-kalkoli.

Skont data riċenti miġbura fl-2019, il-benefiċċji tal-Istati Membri mis-suq uniku qabżu 6 darbiet il-kontribuzzjonijiet tagħhom. Dan ifisser redditu wieħed sa sitta fuq l-investiment. Il-proporzjon bejn il-benefiċċji u l-kontribuzzjonijiet ivarja bejn il pajjiżi tal-UE, b’xi Stati Membri jibbenefikaw saħansitra aktar. Dan għaliex is-suq uniku jagħti aċċess lil 450 miljun konsumatur u joħloq opportunitajiet li l-ebda pajjiż tal-UE ma jista’ joffri waħdu.

Ara hawn taħt aktar eżempji ta’ kif il-baġit tal-UE għamel differenza s’issa, u kif se jkompli jagħmel dan fil-perjodu 2021-2027.

Żieda fir-riċerka u l-innovazzjoni

Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma kruċjali biex jiġi sfruttat it-tkabbir futur. Il-programm ta’ riċerka Orizzont Ewropa se jkompli jipprovdi appoġġ siewi lill-aqwa riċerkaturi u innovaturi biex tiġi żgurata Ewropa ekoloġika, b’saħħitha u reżiljenti.

Il-missjonijiet Ewropej, pereżempju, għandhom l-għan li sal-2030 jilħqu 3 miljun ħajja salvati mill-mard tal-kanċer, 100 belt newtrali għall-klima, oċeani, ibħra u ilmijiet interni b’saħħithom, ħamrija u ikel tajbin għas-saħħa, u reġjuni reżiljenti għat-tibdil fil-klima.

Research and innovation

Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa

Mill-2015 ’il quddiem, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

  • appoġġja aktar minn 8.5 miljun impjieg
  • għen biex jipprovdi enerġija rinnovabbli lil 10 miljun dar
  • għen biex jiġi pprovdut internet b’veloċità għolja lil 15-il miljun dar.

Fil-perjodu 2021-2027, is-suċċessur tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa, InvestEU, se jkompli jappoġġja l-investimenti fl-Ewropa.

InvestEU

Żvilupp reġjonali

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) se

  • jiffinanzja servizzi tas-saħħa mtejba fl-UE
  • jappoġġja investiment fin-negozji ż-żgħar
  • jgħin inaqqas l-inugwaljanzi bejn ir-reġjuni Ewropej
  • jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli
  • itejjeb l-aċċess għal swieq ġodda għall-prodotti, is-servizzi u l-investiment
  • jipprovdi opportunitajiet ta’ akkwist pubbliku għall-infrastruttura, it-teknoloġija tal-informazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp

EU regional and urban development

Agrikoltura u ambjent

Fil-perjodu 2021-2027

  • il-politika agrikola komuni (PAK) se taħdem biex tiżgura aċċess għal ikel sikur, ta’ kwalità għolja, affordabbli, sustanzjuż u divers, u tappoġġja t-tranżizzjoni lejn agrikoltura u żvilupp rurali sostenibbli
  • il-programm LIFE se jiffinanzja proġetti mmirati lejn it-titjib tal-kwalità tal-arja u l-konservazzjoni ta’ speċijiet ta’ pjanti u annimali li bħalissa jinsabu mhedda.
  • il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta l-ġdid se jappoġġja t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika billi jnaqqas l-impatt tat-tranżizzjoni fir-reġjuni l-aktar affettwati

Politika agrikola komuni

Ġlieda kontra t-terrorizmu 

Taħt il-baġit tal-UE, il-Fond ta’ Sigurtà Interna se jissaħħaħ biex jgħin fit-titjib tal-kapaċità tal-UE biex tiffaċċja theddid għas-sigurtà billi

  • jiskambja l-informazzjoni
  • iwettaq valutazzjonijiet tar-riskju u investigazzjonijiet konġunti
  • juża teknoloġiji komuni u jgħaqqad il-forzi biex jiġi indirizzat it-theddid komuni

Barra minn hekk, il-Fond Ewropew għad-Difiża se jkompli jippromwovi l-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża bejn l-industriji tad-daqsijiet kollha.

Fond għas-Sigurtà Interna

Indirizzar tal-isfida tal-migrazzjoni

Xi pajjiżi tal-UE huma aktar esposti għal pressjonijiet migratorji partikolari minn oħrajn. Fl-2021-2027, se jiżdied l-appoġġ għat-tisħiħ tal-fruntieri esterni tal-UE sabiex tiġi salvagwardjata s-sistema tal-ażil fi ħdan l-UE. Il-pajjiżi se jirċievu wkoll aktar fondi tal-UE biex jgħinuhom jimmaniġġjaw aħjar il-migrazzjoni fl-UE, pereżmepju permezz tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera (Frontex).

Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil