40 sena flimkien Erbgħin sena ilu, Spanja saret membru valorizzat tal-Unjoni Ewropea.Is-sħubija fl-UE saħħet id-demokrazija ta’ Spanja u kienet il-bidu ta’ era ġdida ta’ progress ekonomiku, tkabbir u stabbiltà. L-appoġġ tal-UE kien strumentali fl-immodernizzar tal-ekonomija u l-infrastruttura ta’ Spanja, fit-titjib tal-kura tas-saħħa u fiż-żieda tal-istandards tal-għajxien madwar il-pajjiż. Is-solidarjetà Ewropea kienet ukoll kruċjali biex tgħin lil Spanja tegħleb l-isfidi, mill-pandemija tal-COVID-19 sal-għargħar u n-nirien forestali reċenti.Mill-1986 ’l hawn, l-Unjoni Ewropea għamlet lil Spanja aktar b’saħħitha. U Spanja għamlet lill-Unjoni tagħna aħjar. Kif Spanja biddlet lill-UE Spanja u l-UE jikkondividu storja ta’ suċċess eċċezzjonali, mibnija fuq il-paċi, il-prosperità u s-solidarjetà — storja li kompliet tissaħħaħ matul l-aħħar erba’ deċennji. Spanja tat kontribut dejjiemi lill-Unjoni Ewropea billi għenet biex tavvanza d-drittijiet u l-libertajiet madwar l-Ewropa, u wessgħet l-opportunitajiet għall-Ewropej biex jistudjaw, jaħdmu u jivvjaġġaw fil-pajjiż kollu. Bl-appoġġ ta’ Spanja, l-UE approfondiet is-sħubijiet tagħha mal-Amerka Latina u mar-reġjun tal-Mediterran, filwaqt li saħħet ir-rabtiet globali tal-UE. Kif is-sħubija fl-UE biddlet lil Spanja ’Il fuq minn 200,000Spanjol u Spanjola studjaw f’universitajiet madwar l-UE bis-saħħa tal-Erasmus+ bejn l-2021 u l-2024’Il fuq minn 500,000bidwi Spanjol jirċievu appoġġ vitali permezz tal-politika agrikola tal-UE kull senaAktar minn 100 %żieda fil-PDG reali ta’ Spanja sa minn meta ssieħbet fl-UE Fatti u ċifri ewlenin Minn mindu ssieħbu fl-UE, ir-reġjuni Spanjoli bbenefikaw minn investimenti qawwija fl-infrastruttura lokali. Mill-1986 ’l hawn, Spanja rċeviet aktar minn €150 biljun f’finanzjament ta’ koeżjoni. Matul dawn l-aħħar 40 sena, aktar minn 7 miljun unità domestika kisbu aċċess għall-banda wiesgħa bis-saħħa tal-fondi reġjonali tal-UE. Kważi 150,000 kumpanija bbenefikaw ukoll mill-programm ta’ koeżjoni tal-UE.Bis-sħubija fl-UE, Spanja gawdiet minn rabtiet kummerċjali aktar profondi mas-sħab globali madwar id-dinja. L-esportazzjonijiet globali ta’ Spanja fil-merkanzija żdiedu minn €12.6-il biljun fl-1986 (4.9 % tal-PDG) għal €141.5 biljun fl-2024 (8.9 % tal-PDG).Mill-1986 ’l hawn, ir-riċerkaturi Spanjoli rċevew aktar minn €17-il biljun f’finanzjament ta’ Orizzont Ewropa. Dan l-appoġġ għen lil aktar minn 30,000 riċerkatur Spanjol iwettqu proġetti b’benefiċċji diretti għaċ-ċittadini madwar l-Ewropa. Stejjer ta’ suċċess Nikkollegaw l-EwropaSa mid-disgħinijiet, Spanja bniet kważi l-ferroviji kollha ta’ veloċità għolja tagħha bl-użu tal-gauge standard tal-UE, biex b’hekk il-ferroviji tagħha jkunu jistgħu jiġu konnessi mingħajr xkiel ma’ networks Ewropej oħra. U l-finanzjament tal-UE kellu rwol kbir, bi kważi €384 miljun investiti mill-2007 sal-2013 biex jittejbu sezzjonijiet ferrovjarji importanti bħal-linja Madrid-Galicia. Matul dawn l-aħħar għaxar snin, l-UE investiet ukoll fi proġetti kbar ta’ infrastruttura, inkluża s-sezzjoni ferrovjarja Bergara-San Sebastian-Bayonne tar-Rotta tal-Atlantiku li tgħaqqad lil Spanja u lil Franza, u b’hekk tat spinta lill-konnettività internazzjonali u reġjonali.Appoġġ għax-xjenza EwropeaSpanja ħadet rwol ewlieni fl-avvanz tax-xjenza Ewropea, mill-enerġija solari sat-teknoloġiji kwantistiċi.Il-proġett QCIRCLE ta’ Spanja fil-Gżejjer Kanarji jmexxi l-isforzi tal-UE biex tiżviluppa teknoloġiji kwantistiċi bħar-rilevament, il-computing u l-komunikazzjonijiet. Il-proġett jgħin lill-Ewropa ttejjeb l-użu tal-enerġija, tiġġieled it-tibdil fil-klima, u tavvanza l-kura tas-saħħa permezz ta’ dijanjożi bikrija u trattamenti personalizzati.Il-bini ta’ sħubijiet madwar id-dinjaBħala kontributur ewlieni għall-Global Gateway tal-UE, Spanja qed tgħin biex iġġib enerġija nadifa fir-reġjun indiġenu ta’ Ngäbe-Buglé fil-Panama. Dan se jkun ta’ benefiċċju għal aktar minn 36,000 persuna billi jgħaqqad 6,000 binja –– fosthom djar, skejjel u ċentri tas-saħħa. Appoġġat minn €10.4 miljun f’finanzjament tal-UE, dan il-proġett huwa parti mill-pjan Global Gateway bejn l-UE u l-Panama, li l-għan tiegħu hu li jinvesti aktar minn €1 biljun f’enerġija nadifa u f’networks tal-elettriku moderni.Il-ħolqien ta’ settur tas-sajd aktar nadif Flimkien ma’ seba’ pajjiżi Ewropej oħra, Spanja qed taħdem biex tiżviluppa teknoloġiji ġodda għal trasport marittimu aktar ekoloġiku fl-Atlantiku. Il-proġett HY2FISH iffinanzjat mill-UE għandu l-għan li jnaqqas il-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-bastimenti tas-sajd. Dan se jgħin biex titwitta t-triq għal sajd aktar sostenibbli u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent fl-Ewropa. Links relatati Spanja – profil tal-pajjiżTkabbir: kif jaħdem
Erbgħin sena ilu, Spanja saret membru valorizzat tal-Unjoni Ewropea.Is-sħubija fl-UE saħħet id-demokrazija ta’ Spanja u kienet il-bidu ta’ era ġdida ta’ progress ekonomiku, tkabbir u stabbiltà. L-appoġġ tal-UE kien strumentali fl-immodernizzar tal-ekonomija u l-infrastruttura ta’ Spanja, fit-titjib tal-kura tas-saħħa u fiż-żieda tal-istandards tal-għajxien madwar il-pajjiż. Is-solidarjetà Ewropea kienet ukoll kruċjali biex tgħin lil Spanja tegħleb l-isfidi, mill-pandemija tal-COVID-19 sal-għargħar u n-nirien forestali reċenti.Mill-1986 ’l hawn, l-Unjoni Ewropea għamlet lil Spanja aktar b’saħħitha. U Spanja għamlet lill-Unjoni tagħna aħjar.