Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Flimkien fl-UE: l-istorja ta’ kif kibret l-UE

L-effetti pożittivi tat-tkabbir fuq l-UE

1986–2026: 40 sena flimkien

Erbgħin sena ilu, Spanja u l-Portugall saru membri tal-UE. 

Fl-1 ta’ Jannar 1986 sabu posthom fl-Unjoni Ewropea, u b’hekk l-Unjoni kibret minn 10 pajjiżi għal 12-il pajjiż. Flimkien, ikkontribwew għal komunità politika, ekonomika, u kulturali aktar vibranti.

L-Ewropa saħħet lil Spanja u lill-Portugall. U, bis-saħħa tagħhom, l-Unjoni tagħna nbidlet għall-aħjar.


Anniversarji preċedenti ta’ tkabbir

1995–2025: 30 sena mill-adeżjoni tal-Awstrija, tal-Finlandja, u tal-Iżvezja

Fl-1 ta’ Jannar 1995, l-Awstrija, il-Finlandja, u l-Iżvezja ssieħbu fl-UE, u b’hekk saħħew l-integrazzjoni politika u ekonomika fit-Tramuntana tal-Ewropa. L-Unjoni Ewropea mbagħad kibret minn 12 għal 15-il pajjiż. Illum, dawn it-tliet pajjiżi jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-prosperità, is-sigurtà, u l-valuri komuni tal-Ewropa.

2004–2024: 20 sena minn mindu seħħ l-akbar tkabbir

Fl-1 ta’ Mejju 2004, iċ-ċittadini ta’ 10 pajjiżi — iċ-Ċekja, Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja, u l-Ungerija saru ċittadini tal-UE. Dan kien l-akbar tkabbir fl-istorja tal-UE, li ġabar taħt kappa waħda minn Tallinn sa Liżbona u mill-Belt Valletta sa Stokkolma. L-adeżjoni tal-Bulgarija, tar-Rumanija, u tal-Kroazja ftit snin wara saħħet lill-Unjoni tagħna saħansitra aktar.

Id-dati ta’ kull meta sar tkabbir

  1. 1 ta' Lulju 2013
    Is-seba’ tkabbir

    Il-Kroazja tissieħeb fl-UE.

  2. 1 ta’ Jannar 2007
    Is-sitt tkabbir

    Il-Bulgarija u r-Rumanija jissieħbu fl-UE.

  3. 1 ta’ Mejju 2004
    Il-ħames tkabbir

    Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, is-Slovenja, u l-Ungerija jissieħbu fl-UE.

  4. 1 ta’ Jannar 1995
    Ir-raba’ tkabbir

    L-Awstrija, il-Finlandja, u l-Iżvezja jissieħbu fl-UE, is-suċċessur tal-KEE wara t-Trattat ta’ Maastricht tal-1993.

  5. 1 ta’ Jannar 1986
    It-tielet tkabbir

    Spanja u l-Portugall jissieħbu fil-KEE.

  6. 1 ta’ Jannar 1981
    It-tieni tkabbir

    Il-Greċja tissieħeb fil-KEE.

  7. 1 ta’ Jannar 1973
    L-ewwel tkabbir

    Id-Danimarka, l-Irlanda, u r-Renju Unit jissieħbu fil-KEE.

  8. 25 ta’ Marzu 1957
    Sitt membri fundaturi

    Il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, u n-Netherlands jiffirmaw it-Trattat ta’ Ruma, li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE), il-prekursur tal-Unjoni Ewropea (UE) tal-lum.