Il-Kummissjoni pproponiet baġit għall-2028–2034 li għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rwol globali tal-UE. Fost il-prijoritajiet ewlenin hemm: aktar appoġġ lill-pajjiżi li jixtiequ jissieħbu fl-UEgħajnuna flessibbli u kontinwa lill-Ukrajnainvestiment kontinwu fil-paċi, is-sigurtà u s-sħubijiet globali.Hu baġit li jixhed il-valuri tal-Ewropa –– u r-responsabbiltà tagħha fid-dinja –– u li jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà, il-kompetittività u s-sigurtà ekonomika. Page contents Page contents Ċifri ewlenin €200 billjunfinanzjament totali għall-Istrument Ewropa Globali€100 billjunappoġġ propost għall-Ukrajna€15-il biljunriżerva f’Ewropa Globali għall-kriżijiet u l-ħtiġijiet mhux mistennija Nintroduċu l-Istrument Ewropa Globali Biex tissimplifika l-finanzjament għall-azzjonijiet esterni, l-UE se tniedi l-Istrument Ewropa Globali li jiswa €200 biljun għall-perjodu 2028–2034. Dan l-istrument għandu l-għan li:jimmassimizza l-impatt tal-azzjonijiet tal-UE barra mill-Istati Membri, u jsaħħaħ il-Global Gateway,itejjeb il-viżibbiltà tal-appoġġ tal-UE fil-pajjiżi sħab, uiżid l-appoġġ lill-pajjiżi kandidati li qed jippreparaw biex jissieħbu fl-UE.Se jinkludi wkoll riżerva ta’ €15-il biljun biex tirrispondi malajr għall-emerġenzi u l-ħtiġijiet mhux mistennija. Appoġġ kontinwu lill-Ukrajna Il-baġit fit-tul propost jafferma mill-ġdid l-impenn tal-UE għall-Ukrajna billi jimmobilizza sa €100 biljun bejn l-2028 u l-2034, skont il-ħtiġijiet. Dan il-finanzjament se jkun:flessibbli biex jiġu ssodisfati ħtiġijiet li qed jinbidlu u mhux mistennija, useparat mill-appoġġ militari, li jibqa’ parti mill-Faċilità Ewropea għall-Paċi. Ninvestu fil-paċi u s-sigurtà Il-baġit propost jalloka wkoll €3.4 biljun biex jappoġġa l-inizjattivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK). Dawn il-fondi se jikkontribwixxu biex:jisseddqu l-paċi u s-sigurtà internazzjonali,jiġu promossi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, utissokta tavvanza l-kooperazzjoni internazzjonali. Xi jfisser dan għall-UE Il-baġit il-ġdid tal-UE hu dwar azzjoni reali li tgħin biex tipproteġi l-futur tagħna u l-post tal-Ewropa fid-dinja. Impatt akbar bi flusnaIl-fondi tal-UE se jintużaw b’aktar għaqal biex jixxejnu diskrepanzi fil-finanzjament globali u jitħaffef il-progress f’għanijiet ewlenin fosthom l-azzjoni klimatika, il-kura tas-saħħa, u l-edukazzjoni madwar id-dinja.Sħubijiet globali aktar b’saħħithomL-UE se tinvesti fi sħubijiet li jappoġġaw l-iżvilupp globali u jgħinu biex jissaħħu l-ekonomija u l-kompetittività tal-Ewropa.Soluzzjonijiet konġunti għal problemi komuniMill-ġestjoni tal-migrazzjoni sal-promozzjoni tal-paċi u l-istabbiltà fir-reġjuni ġirien, l-UE qed taħdem ma’ oħrajn biex tibni futur aktar sikur għal kulħadd.Niddefendu l-valuri EwropejIl-baġit se jappoġġa l-għajnuna umanitarja, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, u se jgħin lill-pajjiżi jippreparaw biex jissieħbu fl-UE. Sir af dwar prijoritajiet baġitarji oħraNinvestu fin-nies, fl-Istati Membri u fir-reġjuniInrawmu l-edukazzjoni, id-drittijiet soċjali u d-demokrazijaNixprunaw il-prosperità permezz tal-kompetittività, ir-riċerka u l-innovazzjoniNipproteġu lin-nies u nsaħħu l-preparatezza u r-reżiljenzaNipproteġu l-Ewropa
Il-Kummissjoni pproponiet baġit għall-2028–2034 li għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rwol globali tal-UE. Fost il-prijoritajiet ewlenin hemm: aktar appoġġ lill-pajjiżi li jixtiequ jissieħbu fl-UEgħajnuna flessibbli u kontinwa lill-Ukrajnainvestiment kontinwu fil-paċi, is-sigurtà u s-sħubijiet globali.Hu baġit li jixhed il-valuri tal-Ewropa –– u r-responsabbiltà tagħha fid-dinja –– u li jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà, il-kompetittività u s-sigurtà ekonomika.
Impatt akbar bi flusnaIl-fondi tal-UE se jintużaw b’aktar għaqal biex jixxejnu diskrepanzi fil-finanzjament globali u jitħaffef il-progress f’għanijiet ewlenin fosthom l-azzjoni klimatika, il-kura tas-saħħa, u l-edukazzjoni madwar id-dinja.
Sħubijiet globali aktar b’saħħithomL-UE se tinvesti fi sħubijiet li jappoġġaw l-iżvilupp globali u jgħinu biex jissaħħu l-ekonomija u l-kompetittività tal-Ewropa.
Soluzzjonijiet konġunti għal problemi komuniMill-ġestjoni tal-migrazzjoni sal-promozzjoni tal-paċi u l-istabbiltà fir-reġjuni ġirien, l-UE qed taħdem ma’ oħrajn biex tibni futur aktar sikur għal kulħadd.
Niddefendu l-valuri EwropejIl-baġit se jappoġġa l-għajnuna umanitarja, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, u se jgħin lill-pajjiżi jippreparaw biex jissieħbu fl-UE.