Il-baġit fit-tul il-ġdid tal-UE se jagħmel użu minn pjanijiet ta’ sħubija nazzjonali u reġjonali aktar sempliċi u mfasslin apposta biex jinvesti fin-nies, fir-reġjuni, u fl-Istati Membri, b’enfasi fuq
- it-tnaqqis tad-disparitajiet
- is-sostenn għall-agrikoltura u s-sajd
- it-tisħiħ tad-drittijiet soċjali
- il-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs.
Dawn il-pjanijiet se jinkludu salvagwardji b’saħħithom għall-istat tad-dritt, għat-trasparenza, u għar-responsabbiltà, filwaqt li jiżguraw li r-reġjuni inqas żviluppati u l-bdiewa jirċievu sostenn garantit.

Din il-paġna ġiet rieżaminata l-aħħar: 15 Jannar 2026
