
Azzjonijiet tal-UE li jappoġġjaw, jipproteġu u jagħtu s-setgħa lit-tfal globalment, inkluż matul kriżi u kunflitt
L-UE għandha rwol ewlieni fl-appoġġ tat-tfal globalment, billi ssaħħaħ l-aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità, sikura u inklużiva, servizzi bażiċi, saħħa, għajnuna umanitarja u billi tipproteġihom f’kunflitti vjolenti.
- Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru għall-azzjoni esterna (2021-2025)
- Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024, JOIN (2020) 5 final
- Deċiżjoni tal-Kunsill (CFSP) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
- Deċiżjoni tal-Kunsill (CFSP) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
- Linji gwida dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, 2017
- Linji gwida tal-UE dwar it-tfal fil-kunflitt armat, 2018
Skont l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal, il-Kummissjoni impenjat ruħha li:
- tiddedika 10% tal-finanzjament ġenerali taħt l-NDICI fl-Afrika sub-Saħarjana, fl-Asja u fil-Paċifiku, u l-Kontinent Amerikan u l-Karibew għall-edukazzjoni;
- tkompli talloka 10% tal-finanzjament ta’ assistenza umanitarja għall-edukazzjoni f’emerġenzi u kriżijiet fit-tul u tippromwovi l-approvazzjoni tad-Dikjarazzjoni dwar l-Iskejjel Sikuri;
- taħdem biex il-katina ta’ provvista tal-kumpaniji tal-UE jkunu ħielsa mit-tħaddim tat-tfal, partikolarment permezz ta’ inizjattiva leġiżlattiva dwar il-governanza korporattiva sostenibbli;
- tippromwovi u tipprovdi assistenza teknika biex issaħħaħ is-sistemi ta’ spezzjoni tax-xogħol għall-monitoraġġ u l-infurzar tal-liġijiet dwar it-tħaddim tat-tfal;
- tipprovdi assistenza teknika bħala Tim Ewropa lill-amministrazzjonijiet tal-pajjiżi sħab permezz tal-programmi u l-faċilitajiet tagħha, bħas-SOCIEUX+, l-istrument ta’ Assistenza Teknika u Skambju ta' Informazzjoni (TAIEX) u l-programmi TWINNING;
- tipprepara Pjan ta’ Azzjoni għaż-Żgħażagħ sal-2022 biex tippromwovi s-setgħa liż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ;
- tagħżel punti fokali dwar iż-Żgħażagħ u ssaħħaħ il-kapaċitajiet għall-protezzjoni tat-tfal fid-Delegazzjonijeit tal-UE.