
Id-demokraziji tagħna jinsabu mhedda fid-dinja tal-lum ta’ kunflitti internazzjonali u ta’ tfixkil teknoloġiku li qed jikber. Ir-reġimi awtoritarji jfittxu li jimminaw il-fiduċja tagħna fl-istituzzjonijiet demokratiċi, fl-elezzjonijiet ħielsa u ġusti u fil-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea. Biex tiġġieled din it-theddida, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat it-“Tarka Ewropea għad-Demokrazija” li tipprovdi miżuri konkreti biex tagħti s-setgħa, tipproteġi u tippromwovi demokraziji b’saħħithom u reżiljenti, filwaqt li tappoġġa u tissalvagwardja wkoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li għandhom rwol essenzjali fit-trawwim tal-ħajja demokratika.
Il-miżuri tat-Tarka għad-Demokrazija se jiffukaw fuq tliet oqsma ewlenin:
is-salvagwardja tal-integrità tal-ispazju tal-informazzjoni
- billi jitħejja protokoll dwar l-inċidenti u l-kriżijiet skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali biex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni u jiġu żgurati reazzjonijiet rapidi
- l-istabbiliment ta’ Network Ewropew indipendenti ta’ verifikaturi tal-fatti
- l-appoġġ lill-Osservatorju Ewropew tal-Media Diġitali.
it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tagħna, elezzjonijiet ħielsa u ġusti u media ħielsa u indipendenti
- billi tissaħħaħ il-ħidma skont in-Network Ewropew ta’ Kooperazzjoni dwar l-Elezzjonijiet
- l-aġġornament tas-Sett ta’ Għodod tal-Elezzjonijiet tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA, Digital Services Act)
- il-preżentazzjoni ta’ Rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza tal-ġurnalisti u gwida dwar is-sikurezza tal-atturi politiċi
- it-tisħiħ tal-appoġġ finanzjarju għall-ġurnaliżmu indipendenti u lokali
- l-immodernizzar tar-regoli tar-reklamar biex titrawwem is-sostenibbiltà tal-media tal-UE
- it-tisħiħ tal-azzjoni biex jiġi appoġġat il-qafas eżistenti tal-UE għall-ġlieda kontra l-kawżi strateġiċi abbużivi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs, strategic lawsuits against public participation).
it-tisħiħ tar-reżiljenza tas-soċjetà u l-involviment taċ-ċittadini
- billi jitrawwem il-litteriżmu medjatiku u diġitali għall-etajiet kollha
- l-iżvilupp ta’ linji gwida biex tissaħħaħ l-edukazzjoni ċivika fl-iskejjel
- il-promozzjoni tal-involviment taċ-ċittadini, b’mod partikolari ż-żgħażagħ u l-livelli lokali, fil-ħajja demokratika, permezz ta’ għodod parteċipattivi ġodda
- l-istabbiliment ta’ ċentru ġdid tat-teknoloġija ċivika
- il-preżentazzjoni ta’ gwida tal-UE dwar id-demokrazija.
Il-Kummissjoni se tistabbilixxi wkoll Ċentru Ewropew ġdid għar-Reżiljenza Demokratika biex jirreżisti t-theddid komuni li qed jevolvi, bħad-diżinformazzjoni u l-indħil barrani fl-elezzjonijiet.
Fl-istess ħin, il-Kummissjoni se żżid l-involviment tagħha mas-soċjetà ċivili, u se tkompli tappoġġa u tipproteġi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-ħidma tagħhom permezz ta’ strateġija fuq tliet livelli:
- trawwim tal-involviment: l-istabbiliment ta’ Pjattaforma ġdida tas-Soċjetà Ċivili sal-2026 biex jiġi ffaċilitat aktar id-djalogu dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri tal-UE.
- appoġġ u protezzjoni: il-ħolqien ta’ Ċentru ta’ Għarfien online dwar l-Ispazju Ċiviku biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal proġetti u għodod eżistenti, inklużi l-miżuri ta’ protezzjoni disponibbli.
- finanzjament sostenibbli u trasparenti: iż-żieda b’mod sinifikanti tal-appoġġ finanzjarju lill-OSĊ skont il-baġit fit-tul il-ġdid tal-UE, b’€9 biljun previsti għall-programm AgoraEU biss.
Għal aktar tagħrif
Nipproteġu d-demokrazija u niddefendu l-valuri tagħna
Demokrazija u drittijiet elettorali
Spazju ċiviku b’saħħtu biex jiġu protetti d-drittijiet fundamentali
Ewrobarometru Speċjali 568 “Il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-demokrazija”
- Data tal-pubblikazzjoni
- 12 Novembru 2025
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Aħbarijiet relatati
Il-Kumitat Speċjali tal-Parlament Ewropew dwar it-Tarka Ewropea għad-Demokrazija jżur iċ-Ċentru Ewropew għar-Reżiljenza Demokratika
Iċ-Ċentru Ewropew għar-Reżiljenza Demokratika jiftaħ il-kooperazzjoni għall-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali
Commission launches pilot European Repository for online political ads, boosting transparency and accountability. The platform helps publishers meet rules and enables researchers, journalists and citizens to scrutinise sponsors, funding and targeting.
Tibda l-fażi pilota tal-Pjattaforma tal-Partijiet Ikkonċernati