Illum il-Kummissjoni ppreżentat il-Pjan ta’ Implimentazzjoni Komuni għall-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil biex tiżgura li kollox ikun fis-seħħ sa Ġunju 2026 biex l-atti leġiżlattivi jsiru realtà. L-UE adottat sistema Ewropea komuni għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-ażil li daħlet fis-seħħ fil-11 ta’ Ġunju 2024. Il-Kummissjoni issa qed tmexxi l-ħidma kollettiva biex timplimenta r-regoli miftiehma. Il-pajjiżi tal-UE se jkollhom ifasslu l-pjanijiet ta’ implimentazzjoni nazzjonali tagħhom sa tmiem l-2024 fejn se jippreżentaw passi konkreti u jispjegaw kif se jittrasformaw il-leġiżlazzjoni f’azzjoni.Il-Pjan ta’ Implimentazzjoni Komuni jikkonsisti f’10 elementi kostitwenti:Sistema komuni ta’ informazzjoni dwar il-migrazzjoni u l-ażil (Eurodac): biex tappoġġja u tippermetti lill-pajjiżi tal-UE jużaw ir-regoli l-ġodda dwar is-solidarjetà u r-responsabbiltà.Sistema ġdida għall-ġestjoni tal-migrazzjoni fuq il-fruntieri esterni tal-UE: biex timmaniġġja l-wasliet irregolari ta’ nonnazzjonali tal-UE u tistabbilixxi proċeduri rapidi, effiċjenti u simplifikati għall-ażil u r-ritorn, kif ukoll salvagwardji b’saħħithom.Standards ta’ akkoljenza adegwati għall-applikanti fir-rigward tal-ħtiġijiet tagħhom. Pereżempju, aċċess aktar bikri għas-suq tax-xogħol, kura tas-saħħa fiżika u mentali għal dawk li ngħataw protezzjoni internazzjonali u aktar protezzjoni għall-familji, it-tfal, u l-applikanti vulnerabbli.Proċeduri tal-ażil ġusti, effiċjenti u konverġenti: valutazzjoni u proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet simplifikati ta’ applikazzjoni għall-ażil individwali fl-Ewropa kollha u salvagwardji, drittijiet u garanziji msaħħa għall-applikanti u dawk li ngħataw protezzjoni internazzjonali.Proċeduri ta’ ritorn effiċjenti u ġusti: il-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni tista’ tkun sostenibbli biss jekk dawk li ma jkollhomx id-dritt jibqgħu fit-territorju tal-UE jiġu ritornati b’mod effettiv.Sistema ġusta u effiċjenti: li tistabbilixxi kondiviżjoni tar-responsabbiltà effettiva u stabbli fl-Unjoni kollha u tnaqqas l-inċentivi għal movimenti sekondarji.Nagħmlu s-solidarjetà taħdem: għall-ewwel darba, l-UE għandha mekkaniżmu ta’ solidarjetà permanenti, legalment vinkolanti, iżda flessibbli biex tiżgura li l-ebda pajjiż tal-UE ma jitħalla waħdu meta jkun taħt pressjoni.Tħejjija, ippjanar ta’ kontinġenza, u rispons għall-kriżijiet: nibnu aktar reżiljenza għall-evoluzzjoni ta’ sitwazzjoni tal-migrazzjoni u nnaqqsu r-riskji ta’ sitwazzjoni ta' kriżi.Salvagwardji ġodda għall-applikanti għall-ażil u għall-persuni vulnerabbli: żieda fil-monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali, l-iżgurar ta’ proċeduri effettivi u l-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem.Risistemazzjoni, inklużjoni u integrazzjoni: żieda fl-isforzi għall-integrazzjoni u l-inklużjoni tal-migranti.Il-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil huwa rispons Ewropew komuni għall-migrazzjoni. Dan jippermetti lill-UE timmaniġġja l-migrazzjoni b’mod ġust u sostenibbli, filwaqt li tiżgura s-solidarjetà bejn l-pajjiżi tal-UE u tipprovdi wkoll ċertezza u ċarezza għan-nies li jaslu fl-UE u tipproteġi d-drittijiet fundamentali tagħhom. Propost mill-Kummissjoni f’Settembru 2020, il-Patt ġie adottat mill-Parlament Ewropew f’April 2024, u mill-Kunsill f’Mejju 2024. L-istrumenti legali tal-Patt daħlu fis-seħħ fl-11 ta’ Ġunju 2024 u se jibdew japplikaw f’Ġunju 2026.Skopri aktarNimmaniġġjaw il-migrazzjoni b’mod responsabbliPatt dwar il-Migrazzjoni u l-AżilPjan ta’ Implimentazzjoni KomuniMistoqsijiet u tweġibiet dwar il-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-AżilStqarrija għall-istampaMigrazzjoni u AżilPatt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil - skeda informattivaNifhmu l-Patt Ewropew dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil - video Dettalji Data tal-pubblikazzjoni12 Ġunju 2024AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni