
Il-Kummissjoni ħadet kont ta’ xi nkiseb fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil matul dawn l-aħħar erba’ snin. Sar progress fuq diversi mogħdijiet.
Issa hemm stabbiliti riformi sostenibbli. Il-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil ġie approvat fi qbil politiku storiku. Dan il-qafas legali ġdid jistabbilixxi xenarju għal immaniġġjar tal-migrazzjoni ġust u effiċjenti, li jinkludi:
- fruntieri esterni aktar siguri
- proċeduri rapidi u effiċjenti ta' ażil u ritorn ta’ migranti b’salvagwardji individwali aktar b’saħħithom
- sistema ġusta u aktar effettiva ta’ solidarjetà u responsabbiltà.
Fl-aħħar erba’ snin, il-Kummissjoni appoġġjat ukoll lill-Istati Membri b’azzjonijiet immirati u operazzjonali. L-UE espandiet l-għodod tagħha biex jindirizzaw il-migrazzjoni irregolari, il-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' migranti u sfidi oħra:
- bl-adozzjoni ta’ approċċ ta’ rotta sħiħa
- bit-tisħiħ tal-immaniġġjar tal-fruntieri
- bl-immirar ta’ networks kriminali li jiffaċilitaw id-dħul klandestin ta’ migranti
- b’żieda fir-ritorn ta’ migranti
- bir-rispons għal ħtiġijiet u kriżijiet akuti.
Il-Kummissjoni se tkompli timpenja ruħha mas-sħab internazzjonali biex tindirizza l-għerq tal-kawżiet tal-migrazzoni, tiġġieled il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tippromwovi rotot legali.
Il-migrazzjoni hi realtà globali li tista’ tiġi mmaniġġjata b’politiki effettivi ta’ migrazzjoni u bil-kollaborazzjoni tal-UE ma’ pajjiżi sħab. Mill-bidu tal-mandat tagħha, il-Kummissjoni von der Leyen ħadmet biex tistabbilixxi qafas tal-UE sostenibbli biex timmaniġġja l-migrazzjoni b’mod effettiv u b’mod uman. Implimentazzjoni f’waqtha tal-Patt issa hi kruċjali, u l-Kummissjoni se tippreżenta pjan komuni ta’ implimentazzjoni sa Ġunju 2024. Il-Kummissjoni se tkun mal-pajjiżi tal-UE f’kull pass li jsir fit-triq biex tappoġġjahom b’mod finanzjarju, tekniku u operazzjonali.
Għal iktar informazzjoni
Nimmaniġġjaw il-migrazzjoni b’mod responsabbli
Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil
Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tqis il-kisbiet ewlenin dwar il-migrazzjoni u l-ażil
- Data tal-pubblikazzjoni
- 12 Marzu 2024
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Aħbarijiet relatati
L-iffaċilitar tal-migrazzjoni legali biex tingħata spinta lill-kompetittività tal-UE permezz tar-Riżerva ta’ Talent tal-UE u d-Direttiva riveduta dwar il-Permess Uniku
Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat strateġija ġdida ta’ ħames snin dwar il-migrazzjoni. li se tgħin biex torjenta l-ħidma futura tal-UE dwar l-ażil u l-migrazzjoni bi prijoritajiet konkreti, b’mod partikulari billi ssostni t-tnaqqis fil-wasliet illegali, filwaqt li fl-istess ħin tinkoraġġixxi perkorsi legali lejn l-UE.
Il-Kummissjoni Ewropea ressqet abbozz tal-baġit annwali tal-UE għall-2026.
Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li tgħin lill-pajjiżi tal-UE jżidu r-rati ta’ ritorn filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali billi jistabbilixxu sistema komuni tar-ritorn tal-UE.