
Il-Kummissjoni ressqet diversi proposti biex issaħħaħ is-sigurtà ekonomika tal-UE. Bħal ħafna partijiet tad-dinja, l-Ewropa qed tgħix fi żminijiet ta’ tensjonijiet ġeopolitiċi li qed jikbru u bidliet teknoloġiċi profondi. Dan joħloq għadd ta' sfidi. Irridu niżguraw ukoll li l-UE tibqa’ waħda mill-aktar destinazzjonijiet miftuħin u attraenti għan-negozju u l-investiment. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni ddeskriviet għadd ta’ miżuri ġodda fl-oqsma tal-kummerċ u r-riċerka.
Il-passi relatati mal-kummerċ jinkludu:
- it-titjib tal-iskrinjar tal-investimenti barranin fl-UE biex jiġu evitati investimenti li jistgħu joħolqu riskju għas-sigurtà tal-UE. Pereżempju, il-verifika li l-Istati Membri kollha għandhom fis-seħħ mekkaniżmu ta’ skrinjar, b’regoli nazzjonali aktar armonizzati, u l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ liema investimenti għandhom jiġu skrinjati.
- approċċ aktar koordinat għall-esportazzjonijiet tal-UE ta’ oġġetti b’użu doppju – jiġifieri oġġetti li jistgħu jintużaw kemm għal skopijiet ċivili kif ukoll militari (bħall-elettronika avvanzata) – biex jiġi żgurat li dawn ma jaqgħux f’idejn ħżiena
- il-fehim tar-riskji potenzjali assoċjati ma’ ċerti investimenti tal-UE barra mill-pajjiż. Pereżempju, kif it-teknoloġiji avvanzati jistgħu jintużaw biex itejbu l-kapaċitajiet militari ta’ atturi li jistgħu jużawhom kontra l-UE.
F’dak li għandu x’jaqsam mar-riċerka, il-Kummissjoni qed tfittex modi biex tappoġġja r-riċerka u l-iżvilupp f’teknoloġiji li jistgħu jintużaw għal skopijiet differenti, u dwar kif tista’ tissaħħaħ is-sigurtà tar-riċerka fl-UE.
Dan il-pakkett isegwi l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà Ekonomika minn Ġunju 2023, li stabbiliet il-bażi għall-UE biex tiżviluppa approċċ komprensiv għall-protezzjoni tas-sigurtà ekonomika tal-Unjoni.
Għal iktar informazzjoni
Il-politika tal-investiment tal-UE
L-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju barra mill-UE
L-Awtonomija Strateġika u s-Sigurtà Ekonomika u tar-Riċerka Ewropea
Ekonomija għas-servizz tan-nies
Stqarrija għall-istampa dwar l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà Ekonomika
- Data tal-pubblikazzjoni
- 24 Jannar 2024
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Aħbarijiet relatati
At the 11th EU-Republic of Korea Summit in Brussels the two parties marked a new phase in their strategic partnership. They agreed to enhance economic resilience, security and defence cooperation, research, and the clean energy transition.
Following the signature of the Modernised Global Agreement and the Interim Trade Agreement, the EU and Mexico follow their respective procedures to ratify the agreements.
The EU-Mercosur trade deal that applies provisionally from 1 May 2026 creates a trading zone of 700 million people altogether.
The EU-India trade agreement is the largest trade agreement that both the EU and India have ever concluded and will give the EU a significant competitive advantage in key industrial and agri-food sectors.