
Mit-12 ta’ Awwissu 2026, fl-UE japplikaw regoli ġodda dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ. Dan se jbiddel il-mod kif isir l-imballaġġ tal-prodotti biex jiġu protetti l-ambjent u s-saħħa tan-nies. Dan se joħloq opportunitajiet għan-negozji wkoll.
L-imballaġġ juża kwantitajiet kbar ta’ materja prima u jiġġenera skart li jispiċċa fil-landfills jew fil-baħar. Xi sustanzi kimiċi li jintużaw fl-imballaġġ jistgħu jagħmlu l-ħsara wkoll. Ir-regoli l-ġodda jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet billi jistabbilixxu rekwiżiti għall-manifattura u għall-kompożizzjoni tal-imballaġġ kollu li jitqiegħed fis-suq tal-UE. Jeħtieġu wkoll li l-imballaġġ ikun jista’ jerġa’ jintuża jew ikun jista’ jiġi rkuprat, li jfisser li jista’ jintuża mill-ġdid jew jinbidel f’xi ħaġa oħra wara l-użu. Mill-2030, ċertu imballaġġ li jintuża darba biss se jiġi pprojbit meta jkunu disponibbli alternattivi iktar sostenibbli, bħal pakketti żgħar tal-ketchup jew fliexken żgħar tax-xampù fil-lukandi.
Il-miżuri l-ġodda se jwasslu biex l-imballaġġ
- jiġġenera inqas skart: l-imballaġġ tal-plastik irid parzjalment ikun magħmul minn kontenut rriċiklat, b’miri li kulma jmur jiżdiedu għall-2030 u għall-2040
- ikun kompletament riċiklabbli: l-imballaġġ kollu jrid ikun riċiklabbli sal-2030, biex wara l-komponenti tiegħu jkunu jistgħu jintużaw għal xi ħaġa oħra
- ikun ittikkettat b’mod ċar: it-tikketti ċari u l-kuluri jagħmluha iktar faċli biex wieħed jissepara l-iskart għar-riċiklaġġ — billi juru minn xiex inhu magħmul, fejn għandu jintrema, u kif għandu jiġi rritornat għall-użu mill-ġdid
- ikun iktar intelliġenti: l-imballaġġ mhux neċessarju u l-ispazju vojt fil-kunsinni jitnaqqsu
- ikun iktar faċli li jintuża mill-ġdid, li jimtela mill-ġdid u li jinġabar: is-sistemi tad-depożitu u tar-ritorn se jingħataw spinta. Il-kumpaniji jridu jagħmlu l-opzjonijiet tal-użu mill-ġdid jew tal-mili mill-ġdid disponibbli kull meta jkun possibbli, mingħajr tariffa addizzjonali
- ikun iktar ekwu u iktar sikur: id-ditti li jużaw materjali mhux riċiklabbli jew li jagħmlu ħsara lill-ambjent se jkollhom iħallsu biex jitnaddfu. Is-sustanzi kimiċi li jagħmlu l-ħsara u li jikkawżaw il-kanċer (PFAS) “għal dejjem” se jkunu ristretti fl-imballaġġ tal-ikel
L-UE qed taħdem biex tipproteġi u ttejjeb l-ambjent u tibni ekonomija iktar ċirkolari, sostenibbli u kompetittiva. Il-liġi dwar l-imballaġġ tindirizza l-isfidi ambjentali kkawżati mill-iskart mill-imballaġġ, tarmonizza r-regoli għan-negozji fis-suq uniku kollu, u toħloq opportunitajiet għan-negozji involuti fir-riċiklaġġ u fis-soluzzjonijiet tal-imballaġġ sostenibbli.
Għal iktar informazzjoni
Ir-Regolament dwar l-iskart mill-imballaġġ – skeda informattiva
- Data tal-pubblikazzjoni
- 12 Awwissu 2026
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Aħbarijiet relatati
Id-Direttiva dwar it-tiswija tal-oġġetti saret liġi nazzjonali fil-pajjiżi kollha tal-UE fil-31 ta’ Lulju 2026. Din se tgħin biex tinħoloq sistema li tiffavorixxi t-tiswija ta’ prodott minflok ix-xiri ta’ wieħed ġdid.
The Commission proposes to simplify environmental rules in the areas of industrial emissions, circular economy, environmental assessments and geospatial data. This will allow business to save around €1 billion annually, while the EU to continue to protect the environment and human health.
The European Commission welcomes the signature, on behalf of the European Union, of the Council of Europe Convention on the protection of the environment through criminal law.
The EU is investing more than €358 million in 132 environmental and climate action projects across Europe to ensure the EU’s transition to a clean economy. The projects will help restore nature and biodiversity, support the circular economy, accelerate clean energy and strengthen climate resilience.