
Is-suq uniku tal-UE għandu madwar 5 miljun ħaddiem stazzjonat — jew impjegat li jintbagħtu temporanjament minn min iħaddimhom biex jagħtu servizz f’pajjiż ieħor tal-UE. Bħalissa n-negozji qed jiffaċċjaw il-kumplessità li jħejju kwantità ta’ dokumentazzjoni varja f’kull pajjiż tal-UE meta jistazzjonaw il-ħaddiema. Il-Kummissjoni issa pproponiet li tnaqqas dan il-piż amministrattiv billi tistabbilixxi portal uniku tad-dikjarazzjonijiet diġitali li l-kumpaniji jistgħu jużaw meta jibagħtu l-ħaddiema tagħhom barra mill-pajjiż.
Il-portal uniku tad-dikjarazzjonijiet diġitali se:
- jnaqqas il-piż amministrattiv marbut mal-istazzjonar tal-ħaddiema: minflok ma jużaw 27 formola nazzjonali differenti, permezz tal-portal il-kumpaniji se jkunu jistgħu jużaw formola waħda, disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Bħala medja, dan se jnaqqas il-ħin li jieħdu d-dikjarazzjonijiet bi 73 %
- jsaħħaħ il-kooperazzjoni fost il-pajjiżi tal-UE: il-portal il-ġdid se jkun parti mis-sistema li diġà tintuża biex tiżgura l-konformità mar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema
- jgħin fil-protezzjoni tal-ħaddiema: is-simplifikazzjoni tal-proċess se tnaqqas il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità u se żżid it-trasparenza tal-istazzjonar. Il-portal se jiffaċilita l-ispezzjonijiet li jwettqu l-pajjiżi tal-UE, filwaqt li jikkontribwixxi għall-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema ppostjati
Il-pajjiżi tal-UE se jkunu jistgħu jużaw il-portal fuq bażi volontarja. Il-pajjiżi parteċipanti tal-UE se jaraw l-ispiża amministrattiva tal-istazzjonar tal-ħaddiema tonqos b’ħafna. Dan se jikkontribwixxi għall-objettiv li l-UE tnaqqas b’25 % il-piż tar-rapportar lill-kumpaniji, kif ġie indirizzat fil-Komunikazzjoni dwar “Il-kompetittività fit-tul tal-UE”.
Għal aktar informazzjoni
Id-drittijiet u l-obbligi tiegħek bħala ħaddiem stazzjonat
Mistoqsijiet u tweġibiet dwar il-portal uniku tad-dikjarazzjonijiet diġitali propost
- Data tal-pubblikazzjoni
- 14 Novembru 2024
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni