
L-Ewropej huma mħassbin ħafna dwar ir-riskji li jiffaċċjaw it-tfal fuq il-midja soċjali. Din hija waħda mis-sejbiet ewlenin ta’ stħarriġ ġdid tal-UE dwar l-isfidi u l-prijoritajiet tal-UE. L-oqsma ewlenin l-oħrajn ta’ tħassib kienu jinkludu r-reżiljenza demokratika, id-difiża, u t-tranżizzjoni tal-enerġija.
Fil-kuntest tas-sikurezza tat-tfal online, il-bullying u l-fastidju online qegħdin fuq nett tal-lista tat-tħassib. Dan qed jinkwieta lil 71% ta’ dawk li ġew intervistati, u warajh jiġu viċin il-biżgħat mill-grooming u l-sfruttament sesswali online (70%). Maġġoranza kbira tal-Ewropej iridu li l-UE tagħmel aktar biex tipproteġi lit-tfal minn dawn ir-riskji u minn riskji oħrajn online. Kważi żewġ terzi ta’ dawk li ġew intervistati jridu li jkun hawn regoli tal-UE li jillimitaw l-aċċess tat-tfal għall-midja soċjali skont l-età.
L-istħarriġ jikkoinċidi mal-pubblikazzjoni tar-rapport tal-bord speċjali dwar is-sikurezza tat-tfal online. Il-President von der Leyen waqqfet il-bord speċjali ta’ esperti biex jiżviluppa approċċ Ewropew b’saħħtu u prattiku għas-sikurezza tat-tfal online. Minn Marzu sa Ġunju 2026, il-bord iltaqa’ tliet darbiet biex jesplora kemm l-opportunitajiet kif ukoll ir-riskji għat-tfal meta jqattgħu ħinhom online.
Ir-rapport tal-bord speċjali jenfasizza l-isfidi kritiċi li t-tfal jiffaċċjaw online u jipprovdi rakkomandazzjonijiet u spunti ta’ ispirazzjoni dwar kif nipproteġuhom aħjar u nsaħħulhom il-pożizzjoni tagħhom, kif ukoll dwar l-użu xieraq tal-midja soċjali u ta’ servizzi diġitali oħrajn skont l-età. Ir-rakkomandazzjonijiet huma maħsubin biex jorjentaw azzjonijiet futuri li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni Ewropea u fil-livell nazzjonali biex tissaħħaħ is-sikurezza tat-tfal online. Il-Kummissjoni biħsiebha tippreżenta l-proposti tagħha abbażi tar-rapport wara s-sajf.
Aktar informazzjoni
Il-bord speċjali dwar is-sikurezza tat-tfal online
Dikjarazzjoni mill-President von der Leyen dwar is-sikurezza tat-tfal online
- Data tal-pubblikazzjoni
- 13 Lulju 2026
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Aħbarijiet relatati
Il-protezzjoni tat-tfal online hija prijorità għall-Kummissjoni Ewropea. Huwa għalhekk li pproponejna KIDS Act ġdid, biex nintroduċu l-adozzjoni gradwali tal-midja soċjali għat-tfal fl-UE.
Directorate-General for Digital Services of the European Commission has launched a preliminary market consultation for information-gathering and market assessment capabilities for carrier service infrastructure based on Dense Wavelength Division Multiplexing (DWDM) technology.
The Commission has preliminary found that the addictive design of Facebook and Instagram breach the Digital Services Act. The investigation focuses on features such as infinite scroll, autoplay, push notifications, and the platforms' highly personalised recommender systems.
Ir-rapport jivvaluta l-mod kif l-UE għamlet progress fir-rigward tal-miri tagħha għall-2030 b’rabta mat-trasformazzjoni diġitali, u jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar kif għandhom jixxejnu l-lakuni li fadal.