Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Ir-rapport dwar l-Istat tad-Deċennju Diġitali: progress sar, iżda għad baqa’ l-lakuni

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 17 Ġunju 2026
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 2 min qari

 

Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istat tad-Deċennju Diġitali jivvaluta l-progress li wettqet l-UE fir-rigward tal-miri tagħha għall-2030 b’rabta mat-trasformazzjoni diġitali

Ir-rapport tal-2026 juri li l-UE għamlet progress f’oqsma ewlenin. Madankollu, il-lakuni strutturali għadhom qed ixekklu t-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa, u se jkun hemm bżonn ta’ azzjoni aktar malajr biex jintlaħqu l-miri għall-2030. 

Il-konklużjonijiet ewlenin tar-rapport huma dawn: 

  • L-infrastruttura diġitali: 96.8% tal-familji llum il-ġurnata għandhom kopertura bażika tal-5G, iżda l-użu tal-fibra, is-semikondutturi, u l-kapaċità tal-kompjuting għadhom lura meta mqabblin mal-miri għall-2030.
  • Id-diġitalizzazzjoni tan-negozji: aktar negozji qed jużaw il-cloud computing, l-analitika tad-data, u l-IA, iżda bosta intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju għadhom qed isibu l-ħitan quddiemhom meta jiġu biex jadottaw soluzzjonijiet diġitali avvanzati.
  • Il-ħiliet diġitali: aktar minn 60% tal-Ewropej illum il-ġurnata għandhom mill-inqas ħiliet diġitali bażiċi, iżda n-nuqqas ta’ speċjalisti tal-ICT għadu sinifikanti u d-differenza bejn il-ġeneri għadha tippersisti. 

Ir-rapport jipprovdi rakkomandazzjonijiet ċari kemm għall-UE kif ukoll għall-Istati Membri dwar kif għandhom jixxejnu l-lakuni li fadal, inkluż billi jiżdiedu l-proġetti ta’ suċċess u jiġu mmobilizzati l-investimenti. 

Il-Kummissjoni issa qed tappella lill-pajjiżi tal-UE biex jaġġornaw il-pjanijiet direzzjonali nazzjonali tagħhom tad-Deċennju Diġitali b’miżuri konkreti u allinjament aktar b’saħħtu mal-baġit fit-tul li jmiss tal-UE.  

Fl-2027, il-Kummissjoni se tirrieżamina l-miri tad-Deċennju Diġitali biex tirrifletti l-iżviluppi teknoloġiċi u politiċi u tħejji l-qafas għal wara l-2030.

Għal iktar informazzjoni

Stqarrija għall-istampa 

L-Istat tad-Deċennju Diġitali 2026 — rapport 

L-Istat tad-Deċennju Diġitali 2026 — skeda informattiva 

Paġni bil-fatti dwar il-pajjiżi 

Data tal-pubblikazzjoni
17 Ġunju 2026
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni