
Il-Kummissjoni ppreżentat il-ProtectEU, strateġija Ewropea ġdida għas-sigurtà interna biex tappoġġa lill-pajjiżi tal-UE biex tiġi ggarantita s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej. L-istrateġija tistabbilixxi pjan ta’ ħidma b’qafas legali aktar b’saħħtu, qsim aħjar tal-informazzjoni, u kooperazzjoni eqreb.
Biex tindirizza ż-żieda fit-theddid għas-sigurtà u dak ibridu bħat-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, iċ-ċiberkriminalità, u l-attakki fuq l-infrastruttura kritika, hemm bżonn li l-Ewropa tirrevedi l-mod kif taħdem fir-rigward tas-sigurtà interna. L-istrateġija għandha l-għan li tadotta approċċ soċjetali olistiku li jinkludi ċ-ċittadini, in-negozji, ir-riċerkaturi, u s-soċjetà ċivili, li jistgħu jikkontribwixxu biex ikollna aktar sikurezza għal kulħadd.
L-għanijiet u azzjonijiet ewlenin:
- governanza Ewropea ġdida għas-sigurtà interna
- l-antiċipazzjoni tat-theddid għas-sigurtà permezz ta’ modi ġodda ta’ kif tinqasam l-intelligence
- għodod aktar effettivi għall-infurzar tal-liġi u aġenziji aktar b’saħħithom fl-oqsma tal-ġustizzja u tal-intern
- l-iżvilupp tar-reżiljenza kontra t-theddid ibridu
- ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata
- ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti
- l-UE bħala attur globali b’saħħtu fil-qasam tas-sigurtà
L-azzjonijiet huma sostnuti b’evidenza mill-Valutazzjoni mill-UE tat-Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata (EU-SOCTA). L-istrateġija tikkomplementa l-istrateġija għal unjoni ta’ preparatezza u l-white paper dwar id-difiża Ewropea. Flimkien mat-tarka Ewropea għad-demokrazija, li hija imminenti, dawn jiffurmaw qafas komprensiv għal UE sikura, sigura, u reżiljenti.
Għal aktar informazzjoni
- Data tal-pubblikazzjoni
- 1 April 2025
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Aħbarijiet relatati
Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet pakkett ġdid ta’ miżuri biex nipprevjenu u nikkumbattu t-terroriżmu. Uriet kif jista’ jissaħħaħ ir-rispons kollettiv tal-Ewropa għall-mod kif qed jevolvi t-theddid terroristiku u estremist vjolenti.
Il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet pjan biex ir-reġjuni tal-UE li jmissu mar-Russja, mal-Belarussja, u mal-Ukrajna jsiru postijiet aktar siguri, reżiljenti, u attraenti fejn wieħed jgħix u jaħdem.
Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat pjan biex nilqgħu għat-theddid dejjem jiżdied għas-sigurtà li ġej mid-droni madwar l-UE.
Fuq il-bażi tal-pjanijiet tagħha biex tipproteġi l-paċi u żżid il-prontezza tad-difiża tal-kontinent tagħna, il-Kummissjoni Ewropea żvelat sett ta’ miżuri li għandhom itejbu b’mod sinifikanti l-mobbiltà militari madwar l-Ewropa.