Din l-informazzjoni hi disponibbli wkoll: bl-Ukren | українська | bir-Russu | русский KONTENUT TAL-PAĠNA KONTENUT TAL-PAĠNA Tista’ tingħata protezzjoni temporanja Jekk kont resident permanenti fl-Ukrajna, u tlaqt mill-pajjiż biex taħrab mill-gwerra mill-24 ta’ Frar 2022 ’il quddiem, tista’ tkun intitolat għal protezzjoni temporanja fi kwalunkwe pajjiż tal-UE. Il-protezzjoni temporanja se ddum mill-anqas sena, u din tista’ tiġi estiża skont is-sitwazzjoni fl-Ukrajna. Id-drittijiet skont id-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja jinkludu l-permess ta’ residenza, l-aċċess għas-suq tax-xogħol u l-akkomodazzjoni, l-assistenza medika, u l-aċċess għall-edukazzjoni għat-tfal. Kull min jgħix legalment fl-UE għandu wkoll id-dritt li jiftaħ kont bankarju bażiku. Se jkollok ukoll id-dritt li tiftaħ kont bankarju bażiku. Min hu eliġibbli għal protezzjoni temporanja?Ċittadini Ukreni li kienu residenti fl-Ukrajna qabel l-24 ta’ Frar 2022, kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom, spostati fl-24 ta’ Frar 2022 jew wara.Persuni mingħajr Stat u ċittadini ta’ pajjiżi terzi oħrajn li bbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali jew protezzjoni ekwivalenti fl-Ukrajna qabel l-24 ta’ Frar 2022, kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom, li ġew spostati mill-Ukrajna fl-24 ta’ Frar 2022 jew wara.Ċittadini mhux Ukreni ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr Stat li jistgħu jagħtu prova li kienu legalment residenti fl-Ukrajna qabel l-24 ta’ Frar 2022 abbażi ta’ permess ta’ residenza permanenti validu maħruġ f’konformità mal-liġi Ukrena, u li ma jistgħux jirritornaw f’kundizzjonijiet sikuri u dejjiema lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom huma eliġibbli jew għal protezzjoni temporanja tal-UE jew għal protezzjoni nazzjonali adegwata, skont il-pajjiż tal-UE li jinsabu fih.Fil-prinċipju, min mhux eliġibbli għal protezzjoni temporanja?Ċittadini Ukreni, residenti fl-Ukrajna li ġew spostati mill-Ukrajna qabel l-24 ta’ Frar 2022 jew li sabu ruħhom barra l-Ukrajna qabel din id-data, (minħabba xogħol, studju, vaganzi, żjarat tal-familja jew mediċi jew raġunijiet oħra).Persuni mingħajr Stat jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi, li kienu qed jibbenefikaw fl-Ukrajna minn status ta’ protezzjoni internazzjonali jew protezzjoni ekwivalenti qabel l-24 ta’ Frar 2022 u li ġew spostati mill-Ukrajna qabel l-24 ta’ Frar 2022 jew li sabu ruħhom barra l-Ukrajna (minħabba xogħol, studju, vaganzi, żjarat tal-familja jew mediċi jew raġunijiet oħra).Persuni mingħajr Stat u ċittadini ta’ pajjiżi terzi minbarra l-Ukrajna, li kienu residenti legali fl-Ukrajna qabel l-24 ta’ Frar 2022 abbażi ta’ permess ta’ residenza permanenti validu, iżda li jistgħu jirritornaw b’mod sikur lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. Madankollu, anke f’dawn il-każijiet l-awtoritajiet jistgħu jiddeċiedu li jagħtuk protezzjoni temporanja. Alternattivament, tista’ tapplika għal protezzjoni internazzjonali.Persuni mingħajr Stat u ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kienu jirrisjedu legalment fl-Ukrajna fuq bażi ta’ żmien qasir qabel l-24 ta’ Frar 2022, bħal studenti u ħaddiema.Nagħtuk parir tikkuntattja lir-rappreżentanti lokali tal-pajjiż ta’ oriġini tiegħek jew lill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiż li qed jospitak li se jiggwidawk fil-proċess għar-ripatrijazzjoni sikura tiegħek.Kont qed ngħix jew nirresjedi legalment fl-UE qabel l-24 ta’ Frar 2022 u ma nistax immur lura lejn l-Ukrajna. Se ningħata protezzjoni temporanja?Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li jestendu l-protezzjoni temporanja għal dawk il-persuni li telqu mill-Ukrajna qabel l-24 ta’ Frar 2022 hekk kif żdiedu t-tensjonijiet jew li sabu ruħhom fit-territorju tal-UE (pereżempju, fuq vaganza jew għal raġunijiet ta’ xogħol) qabel dik id-data u li, bħala riżultat tal-kunflitt armat, ma jistgħux imorru lura lejn l-Ukrajna. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lill-awtoritajiet lokali tal-pajjiż fejn qed toqgħod bħalissa. Bl-istess mod, jekk il-pajjiż tal-UE inkwistjoni mhux qed japplika din id-diskrezzjoni biex jagħtik status ta’ protezzjoni temporanja, dejjem tista’ tiddeċiedi li tapplika għall-protezzjoni internazzjonali.X’jiġri jekk ma naqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni temporanja?Xorta se tingħata aċċess għall-UE. Skont iċ-ċirkostanzi tiegħek, tista’ tapplika wkoll għal protezzjoni internazzjonali jew status ta’ migrazzjoni legali. L-awtoritajiet jistgħu jiddeċiedu wkoll li jagħtuk protezzjoni temporanja. Fil-prinċipju, jekk int bla periklu fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħek u tista’ tirritorna, tista’ tirċievi assistenza biex tiġi ripatrijat lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħek. Jekk jogħġbok ikkuntattja lill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiż fejn qed toqgħod direttament. Tista’ tikkonsulta wkoll il-Portal tal-UE dwar l-Immigrazzjoni għal aktar informazzjoni prattika u l-links għal siti web tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.Il-protezzjoni temporanja hi “awtomatika”, jew għandi bżonn nitlobha?Id-dritt għal protezzjoni temporanja huwa “immedjat” - jiġifieri meta persuna tkun trid tgawdi minnha, kull ma għandha tagħmel hu li ssegwi l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali u turihom in-nazzjonalità, l-istatus ta’ protezzjoni internazzjonali jew l-istatus ta’ protezzjoni ekwivalenti, ir-residenza fl-Ukrjana jew ir-rabta familjari kif xieraq, li jagħtu d-dritt għal protezzjoni temporanja.L-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiż tal-UE fejn int preżenti għandhom jinfurmawk bid-dritt tiegħek li tirċievi protezzjoni temporanja. Imbagħad għandek tinfurmahom jekk tridx tibbenefika minn protezzjoni temporanja, u timxi mal-gwida tagħhom.Tista’ tikkonsulta l-mappa ta’ hawn taħt għal informazzjoni dwar l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli. Dan il-proċess se jinkludi r-reġistrazzjoni tad-data tiegħek u l-konferma li int tibbenefika mill-protezzjoni temporanja, u li ebda waħda mill-klawżoli ta’ esklużjoni ma hi applikabbli fis-sitwazzjoni tiegħek.Kemm iddum il-protezzjoni temporanja?sal-4 ta’ Marzu 2027. Jekk iċ-ċirkostanzi jinbidlu fl-Ukrajna, il-Kummissjoni tista’ tagħmel proposta lill-Kunsill biex tissospendi l-protezzjoni temporanja qabel id-data tat-tmiem prevista tagħha.L-Istati Membri tal-UE qed jiddiskutu rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex iħejju għal tranżizzjoni kkoordinata barra mill-protezzjoni temporanja. Dan se jwitti t-triq għar-refuġjati biex eventwalment jaqilbu għal status ta’ residenza ieħor jew jirritornaw gradwalment lejn l-Ukrajna.Liema drittijiet jien intitolat għalihom taħt protezzjoni temporanja?id-drittijiet ta' residenzal-aċċess għall-akkomodazzjonil-assistenza soċjaliil-kura medika, inkluża l-kura tas-saħħa mentali u l-appoġġ psikoloġiku għat-tfal it-tutela legali u t-tqegħid sikur għal tfal u adolexxenti mhux akkumpanjatil-aċċess għall-edukazzjoni u/jew għat-taħriġ vokazzjonali għat-tfal u l-adolexxentil-aċċess għas-suq tax-xogħol (soġġett għall-politiki tas-suq tax-xogħol tal-pajjiżi tal-UE)l-aċċess għas-servizzi bankarji, pereżempju l-ftuħ ta’ kont bankarju bażikuid-dritt li tmur tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE, qabel il-ħruġ ta’ permess tar-residenzaid-dritt tal-moviment liberu fil-pajjiżi tal-UE (għajr il-pajjiż tar-residenza tal-UE) għal 90 jum fi żmien perjodu ta’ 180 jum wara li jinħareġ permess tar-residenza fil-pajjiż ospitanti tal-UEGħandek tkun taf ukoll li xi pajjiżi tal-UE joffru drittijiet usa’ minn dawk elenkati hawn fuq (eż. aċċess bla ħlas għall-edukazzjoni universitarja, eċċ.)Il-protezzjoni temporanja hi valida biss f’pajjiż wieħed tal-UE?Iva. Ladarba tirċievi protezzjoni temporanja minn pajjiż tal-UE, id-drittijiet derivati mill-protezzjoni temporanja huma validi biss fil-pajjiż tal-UE li jkun tak il-permess tar-residenza. Madankollu, xorta għandek id-dritt li tivvjaġġa lejn pajjiżi oħra fl-UE għal 90 jum f’perjodu ta’ 180 jum. Ara l-intestatura ta’ hawn taħt “Tkomplija tal-ivvjaġġar fl-UE”.Tista’ tiddeċiedi wkoll li trid tibbenefika mid-drittijiet tiegħek f’pajjiż differenti tal-UE minn dak fejn qed tirresjiedi fih bħalissa. Jekk tbiddel ir-residenza tiegħek u tmur tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE, il-permess ta’ residenza fl-ewwel pajjiż tal-UE jiskadi u d-drittijiet tiegħek hemmhekk jintemmu. Il-pajjiż ospitanti l-ġdid tal-UE għandu jagħtik protezzjoni temporanja u joħroġ permess tar-residenza ġdid. Huwa importanti li tinforma lill-awtoritajiet tal-ewwel pajjiż tal-UE li beħsiebek tmur tgħix fi Stat Membru ieħor.Fejn nista’ napplika għal protezzjoni temporanja?Fl-Istati Membri kollha tal-UE kif ukoll fl-Iżvizzera, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Iżlanda.Il-protezzjoni temporanja timpedixxi milli napplika għall-ażil?Le. Id-dritt għal protezzjoni temporanja hu addizzjonali għad-dritt li wieħed japplika għal protezzjoni internazzjonali.Għandi bżonn nitlob permess ta’ residenza għal protezzjoni temporanja qabel ma nkun nista’ napplika għal protezzjoni internazzjonali? Hemm ordni speċifika li għandi nsegwi f’każ li rrid napplika għall-ażil?Il-persuni eliġibbli għal protezzjoni temporanja jistgħu jippreżentaw applikazzjoni għall-ażil fi kwalunkwe ħin. Madankollu, għandek tkun taf li l-iskop li tingħata protezzjoni temporanja hu li tnaqqas il-ħtieġa li int tapplika immedjatament għall-protezzjoni internazzjonali, peress li se tirċievi permess ta’ residenza kif ukoll id-drittijiet assoċjati. Barra minn hekk, il-formalitajiet amministrattivi għall-protezzjoni temporanja jitnaqqsu għall-minimu minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni. B’paragun ma’ dan, għandek tistenna li l-proċedura għall-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tkun aktar kumplessa minħabba ċ-ċirkostanzi attwali - fiha aktar passi u għalhekk li tieħu aktar żmien biex titlesta.Meta, wara l-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, l-ażil ma jingħatax lil persuna eliġibbli wkoll għal protezzjoni temporanja, il-persuna tkompli tibbenefika mill-protezzjoni temporanja sakemm tispiċċa. Id-dritt għal protezzjoni temporanja jiżdied mad-dritt li wieħed japplika għal protezzjoni internazzjonali.Jekk nibbenefika minn protezzjoni temporanja, hu ċert li jien se nirċievi wkoll status ta’ rifuġjat jew ta’ protezzjoni sussidjarja aktar tard?Le, id-determinazzjoni tal-istatus ta’ protezzjoni internazzjonali hi indipendenti mill-protezzjoni temporanja. Issegwi proċedura differenti quddiem l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-pajjiż tal-UE u l-eżitu jiġi ddeterminat abbażi tas-sitwazzjoni personali u individwali tiegħek.Ara wkoll: Gwida prattika: Applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonaliJien irreġistrat għal protezzjoni temporanja f’pajjiż tal-UE, iżda rrid niċċaqlaq f’ieħor għax irċevejt offerta ta’ impjieg. Il-pajjiż fejn nixtieq niċċaqlaq qed jirrifjuta li jirreġistrani għal protezzjoni temporanja, minħabba li jiena diġà rreġistrat xi mkien ieħor. X’għandi nagħmel?Inti liberu li tagħżel il-pajjiż tal-UE li fih tgawdi protezzjoni temporanja. Madankollu, tista’ tibbenefika minn protezzjoni temporanja biss fi Stat Membru wieħed tal-UE kull darba. Id-drittijiet marbuta mal-protezzjoni temporanja huma l-istess f’kull pajjiż tal-UE marbut bid-Direttiva. Jekk irreġistrajt f’pajjiż wieħed u tiddeċiedi li tmur tgħix f’pajjiż ieħor, trid tinforma lill-awtoritajiet tal-pajjiż li fih int irreġistrat bħalissa. Il-pajjiż fejn tiċċaqlaq imbagħad jirreġistrak u joffrilek l-istatus ta’ protezzjoni temporanja u d-drittijiet sussegwenti. Tista’ tapplika għal protezzjoni internazzjonali fl-UE Il-benefiċjarji ta’ protezzjoni temporanja għandhom id-dritt li jagħmlu applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali (ażil) f’kull ħin.Jekk tagħżel li tagħmel dan, il-protezzjoni temporanja tiegħek tista’ tiġi sospiża waqt li jkollok l-istatus u d-drittijiet ta’ applikant għall-ażil. Jekk fi tmiem l-eżami l-applikazzjoni tiegħek għall-ażil tiġi rifjutata u l-protezzjoni temporanja attwali tkun għadha fis-seħħ fl-UE, l-istatus ta’ protezzjoni temporanja tiegħek jerġa’ jiġi attivat.Għandek tinforma ruħek dwar liema prattiki japplika l-Istat Membru sabiex tiddeċiedi jekk għandekx titlob protezzjoni internazzjonali flimkien ma’ permess tar-residenza li juri l-istatus ta’ protezzjoni temporanja tiegħek. Kif nista’ napplika għall-protezzjoni internazzjonali?Informa lill-awtoritajiet nazzjonali fl-Istat Membru fejn int preżenti li għandek bżonn protezzjoni internazzjonali u segwi l-gwida tagħhom. Informazzjoni mill-ministeri għall-intern hi disponibbli fil-mappa fuq din il-paġna. Ara wkoll: Gwida prattika dwar ir-reġistrazzjoniX’inhi d-differenza bejn il-protezzjoni temporanja u l-istatus tal-ażil?Il-Protezzjoni Temporanja hi mfassla biex tipprovdi protezzjoni immedjata lil persuni spostati, inklużi dawk li ħarbu minn żoni ta’ kunflitt armat. Filwaqt li l-protezzjoni temporanja hi mingħajr preġudizzju għad-dritt li tapplika għall-protezzjoni internazzjonali, din tista’ tnaqqas il-ħtieġa li tapplika immedjatament għall-protezzjoni internazzjonali peress li se tirċievi permess ta’ residenza kif ukoll drittijiet assoċjati. Il-perjodu massimu tal-protezzjoni temporanja hu definit mil-liġi tal-Unjoni.L-ażil hu dritt individwali, mogħti wara proċess amministrattiv u legali speċifiku li jiddetermina jekk għandekx biża’ ġustifikata li tiġi ppersegwitat għal raġunijiet ta’ razza, reliġjon, nazzjonalità, sħubija fi grupp soċjali partikolari, jew opinjoni politika. Ladarba jingħata, l-ażil jista’ jiġi rtirat kull meta jitfaċċaw elementi jew sejbiet ġodda li jindikaw li hemm raġunijiet biex il-validità tiegħu tiġi kkunsidrata mill-ġdid.Għandek tistaqsi lill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiż tal-UE fejn int preżenti għal aktar dettalji dwar id-drittijiet speċifiċi, bħall-aċċess għall-kura medika, il-housing u s-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni għat-tfal u d-detenzjoni, taħt kull reġim ta’ protezzjoni. Għal informazzjoni ġenerali dwar id-drittijiet fundamentali matul il-proċedura tal-ażil, jekk jogħġbok ara hawnhekk.Minbarra l-protezzjoni temporanja jew il-protezzjoni internazzjonali, hemm xi għażla legali oħra li nista’ napplika għaliha?Tista’ tkun intitolat għal permess ta’ residenza bħala membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE jew ta’ xi ħadd li diġà jgħix legalment fl-UE, jew bħala student, riċerkatur, apprendist jew ħaddiem. Għal aktar informazzjoni dwar l-għażliet tiegħek għandek tikkuntattja lill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż fejn qed toqgħod bħalissa. Tista’ tikkonsulta wkoll il-Portal tal-UE dwar l-Immigrazzjoni għal aktar informazzjoni prattika u l-links għal siti web tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti. Tista’ titlob assistenza għar-ripatrijazzjoni Irrispettivament min-nazzjonalità u d-dritt għal protezzjoni internazzjonali tiegħek, jekk kont qed tgħix fl-Ukrajna u ħrabt mill-gwerra, għandek tkun tista’ taqsam il-fruntiera tal-UE. Jekk ikun sikur li tirritorna f’pajjiżek, għandek tikkuntattja lill-awtoritajiet jew lill-organizzazzjonijiet rilevanti biex jgħinuk tmur lura.Għall-assistenza bir-ripatrijazzjoni, għandek tikkuntattja l-ambaxxata/il-konsulat tal-pajjiż ta’ oriġini tiegħek fil-pajjiż tal-UE fejn qed toqgħod bħalissa. L-awtoritajiet nazzjonali f’dan il-pajjiż jistgħu jgħinuk ukoll tikkuntattja l-ambaxxata/il-konsulat tiegħek f’każ li tiltaqa’ ma’ problemi u jistgħu joffru assistenza għar-ripatrijazzjoni tiegħek. Għandek drittijiet tal-konsumatur Int protett mil-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur waqt li tkun fl-UE. Dan is-sett ta’ liġijiet iżomm prodotti perikolużi barra mis-suq u jiżgura li tiġi ttrattat b’mod ġust kemm jekk qed tiftaħ kont bankarju, tivvjaġġa, tiffirma kuntratt tal-mobile jew tixtri online.Kun af drittijietek bħala konsumatur Aktar informazzjoni prattikaTħejjija biex titlaq mill-UkrajnaIvvjaġġar fl-UEIvvjaġġa bla periklu fl-UEKuntatti u informazzjoni dwar l-ivvjaġġar għal kull pajjiż tal-UERitorn lejn l-UkrajnaProtezzjoni għat-tfalAppoġġ għall-edukazzjoniKura tas-saħħaAċċess għall-impjiegiAċċess għall-akkomodazzjoni u l-housing Segwi l-aħħar progress u ħu sehemTelegramXFacebookInstagramLinkedInNetwerks soċjali oħrajn